Joseph Muscat ikkritikat minn oħt Daphne Caruana Galizia talli mar il-knisja: Manuel Delia qallu li mill-knisja dritt għall-ġenna!

Joseph Muscat attenda funzjoni reliġjuża ġewwa r-Rabat f’Malta. Hu mar fil-knisja tal-Franġiskani magħrufa bħala Ta’ Ġieżu li fi ftit jiem oħra ser tkun qed tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp. Naħseb li l-preżenza tiegħu għal din il-festa hija marbuta mal-fatt li l-mara tiegħu hija Ġużeppina, jiġifieri tappartjeni għall-komunita’ ġewwa r-Rabat marbuta mal-knisja ta’ Ġieżu u li tagħmel il-festa ta’ San Ġużepp. Dan wassal biex Manuel Delia ippubblika ritratt ta’ Muscat f’din il-funzjoni bil-kliem Highway to Heaven!

Din il-preżenza jew aħjar il-pubblikazzjoni ta’ dan ir-ritratt wasslet biex oħt Daphne Caruana Galizia tellgħet kumment fuq il-Facebook u qalet li Joseph Muscat mhux postu fil-knisja imma fil-ħabs. Anzi l-knejjes huma l-aħħar post li għandu jmur!

Infakkar, lil oħt Daphne Caruana Galizia, li l-familja tagħha, biex inkun eżatt Matthew huwa on record li qal li l-ispettur li qed jinvestiga l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia huwa l-eroj tiegħu. Infakkarha li l-kummissarju tal-pulizija, qal li l-assassini marbuta ma’ dan il-qtil inqabdu kollha!

F’dan il-kuntest ma nistax nifhem għala qed titlob l-arrest ta’ Joseph Muscat sakemm mhux mar-rebħa storika li għamel Adrian Delia. F’dan il-każ nixtieq infakkarha li kienet waħda li ħadmet qattiegħ biex tneħħi lil Adrian Delia minn kap!

Din il-preżenza ta’ Joseph Muscat fil-knisja wasslet, biex b’mod sarkastiku, Manuel Delia – li jiftaħar li ma jemminx, qallu li mill-knisja għall-ġenna!

Infakkar li Manuel Delia lili kien bagħatni l-infern. Mank bagħtu l-infern miegħu ħalli kien jagħmel kumpanija lili!!! Jien inħalli l-ġenna għal Manuel Delia u għal sħabu!

3 thoughts on “Joseph Muscat ikkritikat minn oħt Daphne Caruana Galizia talli mar il-knisja: Manuel Delia qallu li mill-knisja dritt għall-ġenna!

  1. u lanqas li stess Manwel D’Delia mghandu cans jidhoil il genna, bl’odju u l mibgheda lk ghandu lejn il proxxmu tieghu. kemm jahseb lu huwa our uvergni dan il grizzly bear

    1. Skizi ta. Delia ghandu chance jidhol il-genna bhal ma dahlu hafna meta xtraw post fil-qabar ta-Kristu bi flus kaxx min ghand dik tar rabat li kienet tmut thabat bieb bieb.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *