Għadna bla tweġiba jekk il-Prison Advisory Board tax il-kunsens tiegħu biex George Degiorgio jingħata Prison leave jew le.

L-issue tal-Prison Leave li ngħata George Degiorgio kien suġġett ta’ editorjal ta’ The Times. Dan l-editorjal ma tantx kien bellusi lejn id-direttur tal-ħabs u l-imħallfa. Waqt li ġibed l-attenzjoni li l-Prim Ministru innifsu ma qabilx ma’ dan il-leave u anki l-Ministru tal-Intern tkellem kontra tiegħu, għadu sal-lum mhux x’ċar x’ġara f’dan il-każ. Għal min irid jaqra l-editorjal ta’ The Times, jinsab hawn taħt.

https://timesofmalta.com/articles/view/editorial-flaws-prison-leave-system.1016691#.ZABwEQSIIK8.whatsapp

Dan is-sit tkellem fuq dan il-każ u anki talab biex tkun ippubblikata s-sentenza ħalli jkun stabbilit x’ġara eżatt. L-editur ta’ The Times semma’ kemm lid-direttur tal-Ħabs u anki l-imħallfa jew aħjar l-imħallfin li skont ma ġie rrappurtat approvaw dan il-leave.

Nemmen li kemm id-Direttur u anke l-Ministru Byron Camilleri għandhom jgħidu eżatt x’ġara f’dan il-każ. Ma jistgħux jibqgħu siekta. Hu importanti li d-Direttur tal-Ħabs jew il-ministeru joħroġ stqarrija ta’ x’eżattament x’ġara. Fuq kollox, f’dan l-editorjal ma ssemma xejn x’kienet il-pożizzjoni tal-prison board. Huwa importanti li nkunu nafu jekk f’dan il-każ, il-prison leave board approvax il-prison leave jew le ta’ George Degiorgio.

Kif qal dan is-sit u anki ġie rrepetut f’dan l-editorjal, hawn għandna stqarrija ta’ money talks. Mela huwa mportanti li l-awtoritajiet tal-ħabs jew tal-gvern joħorġu stqarrija biex jgħidu ċar x’parir ta f’dan il-każ il-prison board. Nistennew u naraw!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *