Where your opinion counts

F’egħluq is-sena mill-gwerra ġewwa l-Ukraina, illum ser inkun fuq Xejk TV fit-8.30 pm biex niddiskutiha magħkom

Ftit tal-jiem ilu, Edwin Vassallo tella’ post fuq dan is-sit fejn qal li lkoll kemm aħna rridu l-paċi “iżda imbagħad nibqgħu naħdmu u nitkellmu biex niġġustifikaw din il-gwerra fl-Ukraina”. Il-lejla, fuq Xejk TV, fit-8.30 pm ser inkun qed niddiskuti din il-gwerra u għala din il-gwerra hija mportanti għall-Ewropa. Matul dan il-programm ser inkun qed nistaqsi xi trid l-Ewropa: sliem jew gwerra? Infakkar li din l-Unjoni Ewropea bdiet bħala risposta ta’ paċi wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

Fil-pajjiżi kollha tal-U.E, kwantita’ kbira ta’ nies qed jinżlu jipprotestaw favur il-paċi u kontra l-gwerra. Aħna hawn f’Malta x’qed nagħmlu? Għandna niżlu wkoll fit-toroq biex nipprotestaw għall-paċi? Ser nibqgħu nisimgħu persuni li jiġġustifikaw din il-gwerra bħala l-uniku mezz li jwassal għall-paċi? Jekk inti taqbel jew ma taqbilx, il-lejla għandek iċ-ċans biex tkun tista’ issemma’ leħnek waqt dan il-programm.

Matul dan il-programm ser inkunu qed naraw x’inhu jiġri fuq livell Ewropew. Infakkar li fl-egħluq ta’ din l-ewwel sena minn din il-gwerra, rajna t-tentattiv taċ-Ċina biex tipprova ġġib il-paċi. Il-President Franċiż tkellem favur l-isforz għall-paċi. Rajna wkoll lill-Papa Franġisku jitkellem f’isem il-paċi. Veru li l-politiċi Ewropej huma favur il-gwerra u l-popli kontra l-gwerra? Għandna naħdmu favur il-paċi u ngħidu le għall-gwerra? Li tkun kontra l-gwerra tfisser li tkun favur il-ħajja kif iħobb jargumenta Edwin Vassallo? Veru li jekk aħna irridu nkunu favur il-paċi, ma għandnix triq oħra għajr li nsiru membri tan-NATO?

Dan u aktar il-lejla fit-8.30 pm fuq Xejk TV.

One thought on “F’egħluq is-sena mill-gwerra ġewwa l-Ukraina, illum ser inkun fuq Xejk TV fit-8.30 pm biex niddiskutiha magħkom

  1. No Government without a referendum get our country in NATO.Borg Oliver and Mintoff suffered to get us independent and out of Nato.Our Minister had no right to vote against Russia.

Leave a Reply to Alexander Grech Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *