Biex il-PN jerġa’ jerbaħ il-kredibilita’, jrid iħassar l-kolp ta’ stat li għamel kontra Adrian Delia u jagħmel il-politika tal-familja fiċ-ċentru tal-politika tiegħu.

Minn Edwin Vassallo

Biex il-PN jirbaħ lura l-kredibilita’ u jerġa’ jirbaħ lura l-fiduċja ta’ dawk li telquh, irid jqatta’ il-paġna tal-istorja tiegħu li tirrakkonta l-kolp ta’ stat li bih kien tneħħa Dr. Adrain Delia. L-istorja trid terġa tinkiteb mill-ġdid. Min ħa sehem f’dak il-kolp ta’ stat irid juri bil-fatti li jiddispjaċih għal li kien sar u għamel. Dak kien kolp ta’ stat, li kif kien qal Clyde Puli fuq TVM, lanqas l-istatut ma kien jippermetti li jsir.

Il-PN irid jara li fi ħdanu issir il-ġustizzja u l-ħaqq jidher li qed isir. Jekk le, inutli min jitkellem u jgħid “Adrian il-ħabib tiegħi”. Dak hu faċċoliżmu “alla grande“. Biex il-PN jirbaħ lura l-fiduċja, jrid juri li hu partit li mhux ser jibqa’ jħares l-isfel lejn in-nies. Dan kliem il-kap preżenti tal-PN u mhux tiegħi. Jekk il-PN irid jittieħed bis-serjeta’ u juri li min qiegħed jaħdem biex tassew il-politika tfisser servizz lejn in-nies, allura jeħtieġ li min kisser il-PN, illum isewwi l-iżbalji tiegħu. Fuq kollox, dan il-partit irid jirritorna lejn il-valuri favur il-familja. Dawn kienu l-valuri li jemmen fihom il-PN fl-imgħoddi. Għaliex kien hemm kap li emmen f’dawn l-valuri, sar kolp ta’ stat kontra tiegħu mil-liberali fi ħdan dan il-partit li l-alla tagħhom huwa l-flus! Il-valuri tal-familja u dawk insara għandhom jibqgħu l-valuri li fuqhom jittieħdu d-deċiżjonijiet f’dan il-partit. B’hekk il-PN irid juri li hu, bħala Partit Nazzjonalista u Partit Konservattiv, qiegħed hemm għall-interessi tal-poplu qabel l-interessi tiegħu.

Mela issa huwa l-waqt li min hu involut fil-ħidma tal-PN biex juri li hu accountable lejn il-kawza ġusta ta’ xi tfisser politika. Dan jista’ jagħmlu biss billi l-ewwel iħassar din it-tebgħa sewda li għandu dan il-partit meta tkeċċa Adrian Delia. It-tieni, dan jagħmlu billi l-PN irid jaħdem biex juri bil-fatti li mhux il-partit tal-mibgħeda, imma l-partit tal-valuri tal-familja u dawk insara. Jekk il-PN jibqa’ ma jagħmel xejn, it-triq biex jirbaħ lura l-fiduċja tan-nies ser tkun triq iebsa aktar milli diġa’ hi.

3 thoughts on “Biex il-PN jerġa’ jerbaħ il-kredibilita’, jrid iħassar l-kolp ta’ stat li għamel kontra Adrian Delia u jagħmel il-politika tal-familja fiċ-ċentru tal-politika tiegħu.

  1. Il-PN irid ukoll barra dak li ghidt, jiddisassocja ruhu mill-ghaqdiet hekk imsejha civili u jsir il-partit tal-poplu kollu u mhux ta’ xi ftit li jsejhu lilhom infushom blue hearts.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *