Priġunier qed jirrifjuta t-trattament mediku kontra l-kanċer bi protesta talli d-Direttur tal-Ħabs qed jirrifjuta li jiltaqa’ miegħu

Prigunier li għandu kanċer ilu ġimgħat jistenna biex jitkellem mad-direttur tal-ħabs il-ġdid. Imma sal-lum id-Direttur għadu ma tax widejn għat-talba tiegħu. Dan wassal biex dan il-priġunier issa ilu għal din l-aħħar ġimgħa jirrifjuta trattament għall-marda tal-kanċer bi protesta għax qed jgħid li b’hekk forsi jiġbed l-attenzjoni tad-Direttur.

Wieħed irid ifakkar li d-Direttur preżenti, qabel ma leħaq direttur kien il-kummissarju għall-ħarsien tal-ħabsin. Jidher li issa għax biddel il-kappell u libes dak ta’ direttur qed jirrifjuta li jkellem lil dan il-priġunier.

Dan huwa ksur sfaċċat tal-liġi li tirregola l-istess ħabs fejn tgħid ċar li d-direttur hu obbligat li jkellem, jisma u jara x’għandhom bżonn il-ħabsin rrilevanti jekk hemmx kummissarju għall-ħarsien tal-priġunieri jew le.

Wieħed jistaqsi jekk il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri, hux infurmat b’din is-sitwazzjoni jew le? Jekk hu nfurmat wieħed jistenna li billi hu avukat jispejga lid-direttur li hu obbligat li jismà il-priġunieri li jridu jitkellmu miegħu u mhux jinħeba wara l-persuna tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri.

Dan ikompli juri kemm il-Ministru Byron Camilleri għaġġel meta ħatar lid-direttur il-ġdid mingħajr ma l-ewwel evalwa sew kull possibilta’. Dan kollu jikxef kif il-ħabs mhux veru li qed jitmexxa qisu m’hemm problemi ta’ xejn u business as usual imma bil-kontra il-problemi qed jinħbew biex jaħbu r-realtajiet diffiċli li qed jiżdiedu fil-ħabs kuljum.

Fuq kollox, jekk kien hemm prova ta’ kemm ir-realtajiet huma ħżiena, wieħed għandu biss iħares lejn x’ġara fil-każ tal-prison leave, fejn l-awtoritajiet jidher ċar li qed jgħattu lil min hu verament risponsabbli wara din l-istorja kollha.

2 thoughts on “Priġunier qed jirrifjuta t-trattament mediku kontra l-kanċer bi protesta talli d-Direttur tal-Ħabs qed jirrifjuta li jiltaqa’ miegħu

  1. Pepi il-kundutur klienet il-persuna mahluqa biex tmexxi il-habs u tigaranti li ma ikunx emm problemi mal priguneri.

  2. I was curious to know what the standard procedure is for replacing the head of a department, such as the director of an institution. From what I’ve been reading, the director would be replaced by someone from within the department, with the consent of the director. Is this always the case, or is there a case where the director is replaced without consent?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *