Manuel Delia u l-President tal-Kamra tal-Avukati ser jikkundannaw lid-Deputat Avukat Ġenerali Galea Farrugia talli fetaħ ħalqu meta mhux suppost?
L-istorja ta’ prison leave lil George Degiorgio, persuna li ammetta li qatel lil Daphne Caruana Galizia, ħadet żvolta oħra. Issa kien imiss lid-deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia li jgħid tiegħu. Dan għamlu billi kiteb post. Galea Farrugia qal li mhux normali li hu jikteb post fuq ix-xogħol tiegħu. Naħseb hawn kien daqxejn fis-sakra jew għandu memorja qasira għaliex dan mhux l-ewwel post li kiteb dwar xogħol tiegħu imma fuq dan nitkellem fi bloggs oħrajn.
Skont il-Malta Today, Galea Farrugia qal li kemm l-imħallfa u d-direttur tal-ħabs kellhom id-deskrizzjoni assoluta li ma jagħtux il-prison leave lil George Degiorgio. Dan hu minnu. Mela l-argument li għamel dan is-sit hu korrett. Id-Direttur tal-Ħabs kellu u għandu d-diskrezzjoni li ma jagħtix dan il-prison leave lil George Degiorgio.

Imma issa għandna problema. Il-problema tinsab hawn. Jista’ d-deputat avukat ġenerali jagħti dan it-tip ta’ kumment dwar ix-xogħol fuq xi post? Finalment huwa ma hux l-avukat ġenerali. Mela huwa fir-remit tad-deputat avukat ġenerali li jikkummenta? Naħseb li l-anqas l-avukat ġenerali ma tista’ tikkummenta b’dan il-mod, aħseb u ara persuna li tiġi taħtha. Infatti, il-Malta Today ammettiet li d-deputat avukat ġenerali kiser is-silenzju li huwa obbligu taċ-ċivil meta tkellem.
Is-sitwazzjoni hija aktar gravi għaliex huwa l-anqas ma hu l-avukat ġenerali imma d-deputy. Fuq kollox, skont il-protocol, l-anqas ma hu suppost li jkollhom facebook account. Mela wieħed jistaqsi jekk kellux il-permess tal-avukat ġenerali biex jikkummenta? Ma naħsibx.
Ara issa r-Repubblichini u Manuel Delia ser jikkummentaw fuq dan il-fatt? Fuq kollox, il-ġurnal tal-Knisja ser jibqa’ b’ħalqu magħluq? Qed nistaqsi għaliex dan hu news portal li jiftaħar li joffri ġurnaliżmu bbilanċjat u l-ġurnalisti ta’ dan il-portal imberkin mis-sapjenza divina!
Jien ma għandix problema li Galea Farrugia jitkellem fuq is-social media. Il-punt tiegħi mhux dan. Il-punt tiegħi hija l-ipokrezija u double standards ta’ Manuel Delia. Infakkar li Manuel Delia għamel qorti sħiħa kontra l-Maġistrat Joe Mifsud talli dan, meta tressaq quddiemu Jeremie Camilleri, għamel numru ta’ kummenti li kienu ta’ natura ġenerali u mhux marbuta l-anqas mal-kas fih innifsu. Dawn il-kummenti tal-maġistrat Mifsud saru waqt is-smiegħ, jiġifieri fil-qorti u mhux barra mill-awla jew fuq xi social media. Imma dawn il-kummenti ġew interpretati minn Manuel Delia u anki l-President tal-Kamra tal-Avukati bħala mhux f’posthom. Dawn qalu li mhux sew li Mifsud ikkummenta kif ikkummenta. Manuel Delia qal lill-Maġistrat Joe Mifsud li jekk ried jagħmel dawn il-kummenti missu jerġa’ jmur ġurnalista u mhux joqgħod maġistrat.
Ara issa x’għandna? Id-deputat avukat ġenerali jagħmel kummenti barra mill-awla. Issa nistenna li l-president tal-kamra tal-avukati biex jikkummenta fuq dan il-każ. L-istess nistenna li jagħmel Manuel Delia. Fi kliem ieħor, l-istess nies li kienu tkażaw bil-Maġistrat Mifsud – li finalment tkellem waqt seduta ta’ smiegħ – għaliex Jeremie Camilleri deher quddiemu peress li Joe Mifud inzerta l-maġistrat tal-għassa – ser jibqgħu kollha b’ħalqhom magħluq? Ser jaqalgħu xi riefnu? Jew issa, għaliex il-ħabib tagħhom kiser il-protokol – u ilu żmien jiksru – ma ser jgħidu xejn? Għax dawn tar-rule of law jitkellmu biss meta jaqblilhom. Verament ipokrezija grassa u galor.
Dak li missu qiegħed jingħad huwa JEKK HUX MINNU LI id-Direttur tal-Ħabs KIEN HU LI ta dan il-prison leave jew KIENETX IL-QORTI LI GHAMLET DAN. Kif ktibt ilbieraħ regolament numru 61 tal-prison regulations hu ċar u jgħid hekk:
61(1) Prison leave may be granted by the Director in accordance with such general directions as may be from time to time given by the Minister to a prisoner under such conditions as may be determined by the Director in accordance with the directions as follows:
- For a period not exceeding twelve hours on the occasion of the birth, marriage or other special family occasion of a child or grandchild of the prisoner or on a special family occasion of the prisoner’s spouse, including those connected with a near relative;
U l-istess regolament 61 (2) (b) jgħid hekk: In the case of unconvicted prisoners any authorisation by the competent authority, If necessary, shall be requested prior to the granting of leave.
Jidher li f’dan il-każ ġara li George Degiorgio għandu każ deċiż u għalhekk ġie convicted prisoner, imma għandu każijiet oħra li għadhom ma ġewx deċiżi. B’hekk id-Direttur tal-Ħabs għamel bħal Pilatu. Ħasel idejh. Jidher li ħass li kellu jitlob l-awtorizzazzjoni tal-qorti minħabba f’hekk. Imma x’kien eżatt dak li qalet il-qorti?
Criminal court approved, Court of appeal approved, Preson board approved. Ho w does anyone expect the preson director to disagree?