L-Iljun tal-Floriana mitluq nofs leħja: il-ministru risponsabbli għandu jara li x-xogħol fuqu jitlesta kemm jista’ jkun malajr.
Meta tkun dieħel fil-Belt Valletta ma tistax ma tinnutax il-funtana li hemm fi Triq Sant’ Anna fil-Floriana, magħruf aħjar bħala l-Iljun tal-Floriana.
Jidher li xhur ilu xi ħadd beda xi xogħol fuq din il-funtana imma mingħajr ħadd ma jaf għaliex, jidher li x-xogħol waqaf ħesrem u tħalla nofs leħja.
Hija verament tal-mistħija li funtana storika bħal din, li qedha’ f’post prominenti, qed turi stat ta’ telqa kull meta jkollna visita statali jew anke meta aħna l-Maltin stess nidħlu l-Belt kapitali tagħna.
Wieħed jistenna li l-ministru responsabbli mix-xogħlijiet ta’ din il-funtana iqum naqra mir-raqda li jinsab fiha u jara li dawn ix-xogħlijiet jitkomplew, isiru kif suppost u jitlestew malajr ħalli ilkoll flimkien nerġgħu nibdew ingawdu din il-funtana.
