Where your opinion counts

“Bernard Grech irid jitlaq issa għaliex illum jaf li l-kawża tal-ħatra tiegħu kienet frudelenti u immorali”

Minn Edwin Vassallo

Wara din is-sentenza tal-qorti dwar il-kuntratt ta’ Steward Healthcare, il-poplu Malti u Għawdxi għandu jinġabar quddiem il-parlament biex jitlob lid-deputati taż-żewġ naħat jiffaċċaw il-verita’. Din is-sentenza wriet kemm kellna u ngħid għandna gvern korrott. Issa hemm sentenza tal-qorti u bħal ma seħħ f’dan il-kuntratt, min jaf x’hemm f’kuntratti oħra.

Għalhekk, in-nies kienu magħżula tajjeb biex waqt li jingħataw il-loqom, il-kbar jieklu d-dejf. Kemm għandi raġun ngħid li l-akbar kriżi f’dan il-pajjiż hija li kull awtorita’ tilfet l-awtorita’ morali tagħha. Dan juri kemm il-Labour huwa maħtuf minn mafia biex tiekol b’għaxar t’iħluq u issa s-sabiħ diġa’ bdejna nisimgħu li ħadd ma għandu x jaqsam u Muscat diġa’ tkellem biex jgħidilhom, jien kont magħkom u intom kontu miegħi. Fi kliem ieħor qallhom investigaw kemm tridu, iżda jekk ninżel jien, tridu tinżlu miegħi. Il-gvern tal-Labour irid jiffaċċja l-verita’ jekk tassew irid ikun il-partit nadif tan-nies u mhux il-partit ta’ it’s all about money.

Għall-PN, the way forward tafu x inhi? Irid jispiċċa l-faċċoliżmu. Trid tispiċċa l-politika tal-ħdura għaliex spiċċa l-partit tal-kattivi. Ħadd ma qiegħed fil-politika ħlief għalih innifisu. Dan il-partit wettaq suwiċidju politiku meta klikka ta’ elitisti neħħew kap li skont huma kien korrott u ma nafx x’ma kellux.

In-nies fit-toroq mhux ser taħfer dan l-att ta’ kriminalita’ politika u jekk il-PN irid jiffaċċja l-verita’ man-nies, it has to rewrite its own history. Fi kliem ieħor, irid jerġa lura u jħassar dan l-att kriminali u b’għaqal kbir jitnaddaf u jerga’ jkun il-P.N ta’ nies u mhux ta’ erba’ elitisti li jemmnu li jafu kollox.

Bernard Grech irid jitlaq issa għaliex illum jaf li l-kawża tal-ħatra tiegħu kienet frudelenti u mmorali u għalhekk hu kien parti minn kolp ta’ stat fi ħdan il-PN. Il-PN irid jagħmel att ta’ indiema u fuq kollox ta’ reparazzjoni billi jħassar dan il-kolp ta’ stat li kien wieħed inġust. Fi kliem ieħor, ir-rikonċiljazzjoni tibda’ biss u l-PN jibda jissaħħaħ biss meta dan il-kolp ta’ stat ikun ikkonsidrat u ddikjarat null.

Min hu raġel fil-politika ma jistax ikollu idejh imċappsa bil-flus u wisq anqas ma jistax ikollu jdejh imċappsa bil-flus maħmuġa tal-PL. Min fil-PL għandu jdejh imċappsa bil-flus irid ukoll jitlaq issa. Min hu raġel fil- politika u għandu idejh mċappsa f’dan il-kolp ta’ stat li seħħ fil-PN irid jitlaq issa.

Wara din is-sentenza, il-media hekk imsejħa indipendenti għandha tagħlaq ħalqha u ma tibqax titkellem f’isem l-arroganti u korrotti. Il-media indipendenti għandha idejha maħmuġin għaliex hija wkoll tħammġet bil-ħmieg tal-korruzzjoni. Hija wkoll aċċettat flus mingħand dan il-gvern korrott. Hija wkoll kienet kompliċi f’assassinju politiku li sar kontra Adrian Delia. Imma kif kienu jgħidu l-Latini – pecunia non olet jew il-flus ma jintnux anki jekk ikunu mċappsa bil-ħmieġ!

Nispera li wara ġimgħa mil-lum, l-effett ta’ dan it-terremott ma jgħaddix anzi jibqa’ jinħass u nibqgħu nitkellmu fuqu.

2 thoughts on ““Bernard Grech irid jitlaq issa għaliex illum jaf li l-kawża tal-ħatra tiegħu kienet frudelenti u immorali”

  1. Cisan. Hadd mu ha zomhok milli tibqa titkellem is sur Mercieca itik spazju kemm trid imma ma tal fourth pillar mghandekx cance.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *