Adrian Delia ġab terremot fil-Partit Laburista u entużjażmu fil-PN
Minn osservatur politiku
Adrian Delia kiteb l-istorja. Adrian Delia kiseb rebħa storika. Adrian Delia għamel dan waħdu. Imma Adrian Delia ser ikollu anke effett kemm fuq il-Partit Laburista kif ukoll fuq il-Partit Nazzjonalista. B’dak li rnexxielu jagħmel Adrian Delia qed ipoġġi lill-Partit Laburista f’sitwazzjoni mbarazzanti u jista’ jwassal għal firdiet kbar fil-Partit fil-Gvern. Fl-istess waqt Adrian Delia ta injezzjoni qawwija lill-Partit Nazzjonalista.
Diġa’ smajna u rajna interpretazzjonijiet minn diversi sostenituri tal-Partit Laburista għal dak li rriżulta minn din il-kawża li l-Gvern tilef b’qawwa kbira. Minn dak li għaddejna minnu f’dawn l-aħħar ġimgħat il-Gvern ta x’jifhem li kien qed jistenna li ser jitlef din il-kawża. Smajna li ħa prekawzjonijiet biex jara x’ser jiġri jekk Steward jitilfu l-konċessjoni. Fil-fatt waqqaf bord ta’ nies biex imexxu t-tliet sptarijet. U la ħass li ser jitlef sewwa għamel.

Minn qabel ingħatat is-sentenza, il-Gvern speċjalment il-Ministru tas-Saħħa, tkellem li ser jieħu ħsieb l-impjegati ta’ Steward u wegħedhom li mhux ser jitilfu xejn imma jibqgħu għaddejjin bix-xogħol tagħhom. Allaħares le. Mela mhux xorta l-poplu Malti u Għawdxi kien qed iħallas lill-impjegati minn dawk il-miljuni li l-Gvern kien qed jagħti lil Steward mit-taxxi tal-poplu.
Smajniehom lid-deputati wieħed wara l-ieħor jiddefendu lilhom infushom u ħafna minnhom jiddikjaraw li ma kienux hemm jew li ma kellhomx x’jaqsmu. Rajna diversi deputati Laburisti jaraw kif ser jużaw kliemhom biex jostru r-rebħa kbira li għamel Adrian Delia. Issa f’daqqa waħda iridu diskussjoni fuq dan il-kuntratt u jridu ukoll inaqqsu ż-żmien jekk ikun hemm xi appell. F’daqqa waħda wara li għamlu ħames snin, it-tul tal-kawża, jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom issa jridu jgħaġġlu. Fl-aħħar irrejalizzaw li hemm bżonn verament isiru l-investimenti f’dawn it-tliet sptarijiet tagħna.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista ħa injezzjoni ta’ enerġija qawwija. Id-determinazzjoni tal-Partit reġgħet ħadet saħħitha. U dan rajnih fir-rally organizzat mill-Partit Nazzjonalista, bit-tema ‘Rebħa għal Malta’. Stajna naraw sala mimlija b’partitarji li sabu l-mument li jerġgħu jsiru akkaniti għall-Partit għax Adrian Delia bir-rebħa storika tiegħu reġa’ nissel fihom it-tama.

Osservatur ghamel kurrag ghax issa wisq peobably li il-labor jitlef il-majjoranza ta xi 50,000 vot li ghandu u il pneeeeee jerbah lelezjoni li imis bxi 50,000 vot.
Sur Stivala, għadni ma nistax niddeċiedi ntix bniedem jew pappagall – dejjem l-istess diska monotona.
Niddikjara li jien laburist.
Xi ħaġa bħal din ħadt pjaċir biha, forsi dawk l-erba’ qniefed li jiddettaw kif jaqblilhom, jibdew jaħsbu mod ieħor.
Eee bilhaqq, 50K mhux se nitilfuhom, imma tumakka tajba ta ftit eluf hemm qiegħda.
Jgħidu bil-qatra qatra timtela l-ġarra, u tant ieħor tizvojta.