Ta’ The Times ikomplu bil-kampanja tagħhom biex joskuraw lil Adrian Delia
Dawn ir-ritratti jitkellmu waħedhom. Sitt ritratti li jikkonċernaw każ il-qorti li hu kkonsidrat bħala l-ikbar kawża li fiha kien imdaħħal il-Gvern Malti. Ġiet mogħtija sentenza f’kawża dwar tliet isptarijiet Maltin li kienu mogħtija lill-barranin. Il-protagonista ta’ din il-kawża huwa Adrian Delia li ħames snin ilu fetaħ din il-kawża storika.
Imma għat-Times of Malta Adrian Delia mhux importanti. Dawn ir-ritratti juru l-aġenda li għandha din il-gazzetta fejn tidħol il-politika Maltija. Fit-tliet ritratti ma jidher imkien wiċċ Adrian Delia. Kieku jistgħu l-ġurnalisti tat-Times jisparixxu lil Adrian Delia minn wiċċ id-dinja. Biex tagħti rendikont ta’ dak kollu li kien qed isir fil-qari tas-sentenza u ma turiex lill-persuna nvoluta fil-kawża huwa sinjal ta’ disprezz.
Ħaġa oħra li ħarġet ċara minn din l-istess gazzetta hija li Jacob Borg, ġurnalista tat-Times, ġera biex isib lil Joseph Muscat biex jieħu l-kummenti tiegħu. Naħseb qagħad attent ħafna li ma jmurx jaħbat ma’ Adrian Delia u kien ikollu jgħidlu prosit u grazzi.

Tat times Huma Buffi tac Cirku. Bicca karta biex tqaxxar il haxix fuqa giet meta ssiba barra.
Kemm int ragel vojt!
Kont taqta figura ahjar kieku kont konstruttiv fl-“opinjoni” tieghek 🙂