Jekk il-PN jieħu l-parir ta’ The Times u tal-Malta Today u jagħmel lil Metsola kap, xorta ma hux ser jerbaħ l-elezzjoni.
Minn Edwin Vassallo
Jekk il-PN ma hux ser jerġa’ jsir Partit Konservattiv, jiġifieri partit li jemmen fil-bniedem u l-valuri soċjali u dawk umani, dan il-pajjiż ser jkun jeħtieġ li jkollu partit ieħor li jaħseb biex joffri politika ġdida msawra fuq il-valuri li jemmnu fil-bniedem, fil- ħajja, fil-familja u fil-liberta’. Għala qed nirrepeti dan kollu?
Ilbieraħ kellna żewġ artikli jixxiebħu fil-ħsieb. The Sunday Times tagħtna editorjal fejn qed tgħid li l-Partit Nazzjonalista għandu jsir partit liberali jekk irid jerbaħ l-elezzjoni. Il-Malti jgħid “l-ispijżar milli jkollu jagħtik”. L-istess jagħmlu ġurnalisti u l-edituri “woke”. Il-woke illum qed ikomplu jinsistu li l-PN għandu jkompli fit-triq liberali li diġa’ qabad u li qed iġġiblu telfiet wara xulxin. Nifhem li dik hija l-aktar ħaġa naturali li l-woke jistgħu joffru lil dan il-partit. L-editorjal anki semma’ s-survey tal-Malta Today. Iżda huwa fatt li issa s-survey tal-Malta Today qed juri li kwart tal-elettorat Malti tilef il-fiduċja fil-politika liberali preżenti. Kieku dawn iridu politika liberali kienu jibqgħu jivvotaw lill-Partit Laburista li għamel il-politika Woke l-karru tal-ġlieda politika tiegħu.
Huwa fatt li l-PN ilu jitlef il-fiduċja tan-nies minn mindu l-ġurnalisti tal-media bl-Ingliż bdew imexxu din il-politika u jimponuha fuq il-PN. Il-PN ma tilifx il-fiduċja minħabba l-ismijiet tal-kapijiet tiegħu. Il-kapijiet passati tiegħu kollha huma ta’ unur. Tant kemm hu hekk li Bernard Grech qed jimita – u sew jagħmel – fid-diskorsi tiegħu u anki fil-ġesti lill-Kbir Eddie Fenech Adami. Il-PN qed jitlef il-voti għaliex hemm fih min jemmen li għandu jkun liberali. Dawn żnaturaw lill-PN. Dawn ilhom jippruvaw ibiddlu lill-PN f’partit liberali biex jkun jixbaħ lil-Labour. B’hekk maż-żmien, il-PN spiċċa ma jintgħarafx mil-Labour. Din hija r-raġuni għala l-PN kompla jitlef. Ili nagħmel dan l-argument u nibqa’ nagħmlu biex nuri li huwa fatt li kemm-il darba l-PN jieħu l-parir tal-editorjal ta’ The Sunday Times, il-PN jkompli jitlef aktar l-fiduċja tal-elettorat tiegħu.
Imbagħad kellna l-artiklu tal-Malta Today li kkonferma dak li ġie ppubblikat f’dan is-sit – anki jekk f’dan l-artiklu ma semmihomx b’isimhom, jiġifieri li hemm numru ta’ deputati anzjani li jridu lil Roberta Metsola bħala kap tal-Partit Nazzjonalista. Jekk fil-PN tiġi Roberta Metsola bħala l-mexxej ġdid liberali, kif iridu ta’ The Times u tal-Malta Today, il-PN xorta ser jibqa’ jitlef. Metsola hija l-ħabiba ta’ The Times u tal-Malta Today. Imma din hija wkoll ħbiberija mibnija fuq il-flus. Forsi xi darba Salvu Balzan jgħidilna kemm daħħal flus mill-artikli sponsorjati ta’ Metsola s’issa fil-istesss gazzetti tiegħu! Għalhekk ngħid li jekk tiġi Metsola, il-PN ser jibqa’ jitlef xorta waħda għaliex jekk ir-rebranding tal-PN ser ikun ifisser li jsir liberali, allura min qed jitlaq lill-PL mhux ser jmur ma’ partit ieħor li issa spiċċa kopja tal-PL. Mela r-riċetta li qed jagħti l-editur ta’ The Sunday Times jew il-propaganda tal-Malta Today hija biss riċetta, li jekk il-Partit Nazzjonalista jagħmilha tiegħu, jsir partit beyond repair.
Mela, bħal The Sunday Times, il-Malta Today trid tagħha dwar min għandu jmexxi lill-PN. B’hekk bħalissa l-borma ta’ Metsola mħawda u mħawra ħafna. Il-Malta Today u The Times qed jgħinu fit-taħwid u taħwir ta’ din il-borma. Dawn il-ġurnalisti Woke kull ma jridu hu li l-PN qatt ma jieħu r-ruħ biex huma jibqgħu jaħilbu mill-baqra li jisimha gvern.

Ma ghawnx min ippixi ma saqah ic-cisan. Bomba wahda wara lohra non stop qed jitfa fuq tas sur Mercieca.
Tinkwietax iz zejjed ghaziz Sur Vassallo, Metsola irnexxielu iggemma dak li jghidulu fil politika “Heavy Baggage “ ghax turi bic car li kull ma jinteressha hi Il karriera taghha ghax Malta u Il pn saru ckejkna wisq ghall ambizzjonijiet taghha
IL kap IL gdid li jkollu success ghad irid jitwieled!!