L-ELC Ltd issir GEB Ltd

Mill-bidu ta’ din is-sena, il-kumpanija GEB Ltd ħadet post il-konsorzju ELC Ltd li għal dawn l-aħħar għoxrin sena kienet tieħu ħsieb il-landscaping tal-pajjiż kollu billi tħaddar u tħawwel fjuri fil-ġonna u t-toroq tagħna.

Dan ġara wara li l-gvern ħareġ tender għal dan il-għan u l-irħas offerta rebħet. Illum xahrejn wara li din il-kumpanija rebħet dan it-tender, wieħed qed jinduna u jara differenza tanġibbli fit-toroq tagħna. Il-gvern flok ra li bil-prezz offrut mhux ser jonqos is-servizz, ra biss li jiffranka xi ħaġa. Ara fejn jidħlu l-isptarijiet tagħna, il-gvern ma jrid jiffranka xejn imma jibqa’ jħallas il-miljuni fis-sena lil Stewards u minnhom m’hu qed jieħu xejn.

Jekk wieħed jidħol il-Belt Valletta u jgħaddi minn Triq Santa Anna fil-Floriana ma jarax fjuri li jsebbħu l-ambjent kif ilna snin imdorrijin naraw imma jara ċentral strip imneżża minn kull kulur tal-fjuri. Ma’ din it-triq insemmi ukoll Triq Dun Karm Psaila Birkirkara (Birkirkara bypass) fejn il-water feature u d-dawl li jsebbaħ matul il-lejl ilhom mitfija ġimgħat sħaħ apparti li fjuri ma jidhru mkien. Hawn nistgħu nżidu r-round about ta’ quddiem l-isptar Mater Dei u ħafna oħrajn jinsabu bla fjuri.

Ħaddiema li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li meta tkellmu minħabba l-overtime li qabel kien jingħata u hemm bżonnu minħabba n-nuqqas ta’ nies, ir-risposta kienet li biex nagħtu l-overtime inġibu l-ħaddiema mill-India u noħorġu b’irħas. Hu li għalhekk l-aqwa ġardinara tal-gvern li kienu jaħdmu mal-konsorzju ELC Ltd marru lura mal-gvern għax ma ħassewhomx komdi bil-pakkett finanzjarju li ngħataw u l-mod ta’ kif ġew trattati mill-kumpanija GEB Ltd.

Wieħed jistenna li l-gvern jara li jkun viġilanti li l-kumpanija l-ġdid GEB Ltd tkompli fuq l-istess livell li aħna imdorrijin bih u tara li jekk hu possibli itejjbuh ukoll. Wisq nibża’ li you pay peanuts you get monkeys!

6 thoughts on “L-ELC Ltd issir GEB Ltd

  1. Triq Sant’Anna partikolari ma tinħadimx qabel it-Tlieta tal-karnival minħabba li jkun hemm ħafna nies jgħaffġu fis central strip.

    1. Ghandek zball. Jien kont nahdem hemm. Bhakissa dejjem bis-Sardunell kienet tkun. Naf x’jien nghid. Imbghad jekk ikun hemm xi Sardinell li jkun tghaffegg jerga jithawwel floku.

  2. Mizbla ir roundabouts, mizblac”centre strips” ahseb wara il-gonna morru durhom araw xmiserja hemm, mhemmx haga li ma kissierx il gvern laburista!

  3. Imbarazz GEB, qabel ma ELC kont tara FJURI kullimkien, funtani jahdmu, kabru it turf fejn hadd ma kien jahseb li setghu jimmatjenuh.

    Issa kullimkien haxiex hazin, funtani wieqfhin, gonna publici dizastrati

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *