The Times trid terġa’ tiddetta min ikun il-kap futur tal-PN. Min ser jeħodha kontra r-rieda tagħha, lesta tkissirlu l-futur politiku tiegħu
Minn Edwin Vassallo
The Times trid terġa’ tiddetta il-futur tal-Partit Nazzjonalista. Minn dak li qalet il-President tar-Riċerka waqt il-Kunsill Ġenerali, jidher ċar li Barnard Grech għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni dwar jekk jibqax mexxej tal-Partit Nazzjonalista jew le. Anzi skont id-diskors li sar minn Bernard Grech stess, jidher li x-xewqa tiegħu hija li jibqa’ hemm.
Dan wassal biex ġurnalist ta’ The Times beda jiġri wara l-istess Bernard Grech u jistaqsih min ser jkun kap waqt l-elezzjonjiet tal-MPs. Jidher sewwa issa li The Times qed jinteressaha biss min ser ikun il-kap il-ġdid tal-PN.
Eh dawk l-imbierka interessi tal-flus! Eh dawk l-imbierka interessi tal-poter qegħdin jerġgħu jiddefsu fil-ġejjieni tal-Partit Nazzjonalista! L-elitisti kienu hemm u jridu jibqgħu hemm. L-elitisti kienu jikkmandaw u jridu jibqgħu jikkmandaw. L-elitisti jridu jibqgħu jifirdu u jkissru biex jikkmandaw huma. U dawn jafu li għandhom ta’ The Times tagħtihom forċina.
Għandu raġun dan is-sit jgħid li wara The Times hemm l-elitisti u Repubblichini li bħal liberali kollha, dawn iridu jikkmandaw imma minn wara l-kwinti. Dawn l-elitisti ħatfu lill-PN f’idejhom. Bil-ġuħ li għandhom għall-poter u l-flus, lesti jkomplu jkissru lill-Partit Nazzjonalista. Bħal power mongers kollha, dawn l-elitisti u l-ġurnalisti ħbieb tagħhom jemmnu li għandhom id-dritt divin li jkunu kingmakers ta’ min imexxi l-PN. Din ser twassal lill-PN għal sitwazzjoni beyond repair.
Ta’ Times iddeċidew li l-kap tal-PN tenħtieġ tkun Roberta Metsola. Dejjem skont ta’ The Times, dawn iriduha bla kontestazzjoni. Aħsbu sewwa dan x’ifisser. Dan ifisser li jekk ser ikun hemm kontestazzjoni meta Roberta Metsola tiddeċidi li ssir kap, il-ġejjieni ta’ dak jew dik li ser tikkontestaha ser ikun bħal ta’ Adrian Delia. Jerbaħ jew ma’ jerbaħx, il-ġejjieni tiegħu ser ikun ta’ cast away. Hekk jaħdmu l-liberali. Hekk jaħdmu l-Woke. Għal ġieħna dawn iriduha tar-rule of law!
X’jaqq ta’ politika. Din hija l-politika fejn il-kbar jimpurtahom minnhom infushom biss. Dan kollu biex il-kbir jibqa’ jikber u ż-żgħir jibqa jittewweb! F’din il-politika tal-elitisti, kif qal tajjeb Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista jista’ jkompli bil-missjoni li għandu to look down on people. Bil-politika u l-arroganza tagħhom, dawn l-elitisti spiċċaw ikeċċu lin-nies mill-Partit Nazzjonalista. L-arroganza twassal biex in-nies jitilfu l-importanza tagħhom. Minflok dawn l-Elitisti u r-Repubblichini jaraw kif il-Partit Nazzjonalista jista’ jgħin liż-żgħir, spiċċaw jagħmlu partit li jibża’ miż-żgħir.

X’tahwid ta partit ghandkom!!!