Id-diskors ta’ Mary Anne Lauri fil-Kunsill Ġenerali: diskors tal-mistħija.

Minn gradwat Nazzjonalist

Ħadt gost naqra dak li kiteb l-Osservatur politiku lbieraħ dwar id-diskors ta’ Mary Anne Lauri fil-Kunsill Ġenerali. Qed nibgħatlek din il-kommunikazzjoni qasira għax ħassejtni offiż immens b’dan id-diskors. In-Nazzjonalisti ma humiex ċwieċ. Hu ċar li l-Prof Lauri trid tgħaddi lin-Nazzjonalisti minn għajn il-labra. Suppost il-Laburisti Ġaħan u tal-PN bravi. Il-mod kif tkellmet fuq l-istatistika u surveys juri biss arroganza minn persuna li trid titnejjek bin-nies.

Wara tliet elezzjonijiet ġenerali b’telfa massiċċa, il-PN mhux inaqqas id-distakk. Wara żewġ leġislaturi ta’ partit fil-gvern, il-partit fl-oppożizzjoni suppost qiegħed fit-triq tar-rebħa. Imma dan mhux qed iseħħ. Anzi il-PN dejjem sejjer għall-agħar anki jekk issa għandna akkademiċi u professjonisti li suppost qed jagħtuh il-pariri lil dan il-partit.

Bħalissa, il-LP qed jagħmel l-aktar affarijiet li qed idarrsu lin-nies. Hu normali li partit fil-gvern jagħmel dawk l-affarijiet li l-aktar idarsu fl-ewwel sentejn tal-gvern. Mela x’ser nistennew meta dan il-partit jibda jaħdem għall-elezzjoni ġenerali? Iċ-ċans hu li ser iżid il-popolarita’ jew inaqqas mit-telf tal-voti.

Infakkar lil Mary Anne Lauri li meta l-PN ma tax każ is-surveys, bħal fl-1996, froġa għamel. L-istess ġara fl-2017. Anzi dak in-nhar kien ipproduċa survey u qal li ser jirbaħ. Imma jidher ċar li dan il-partit ma jitgħallimx. Infakkar lil Mary Anne Lauri li l-kritika hija tajba f’partit politiku. Hi nħatret hemm biex taħdem u tagħti r-riżultat u mhux biex issib l-iskużi, ġejja bil-margin of error ta’ 3%.

Infakkar lil Mary Anne Lauri li s-sens komun jgħidlek li dan l-argument ta’ 3% margin of error tagħmlu kieku l-partiti qegħdin ras imb’ras xi 50% u 51% u mhux meta d-distakk huwa enormi u konsekuttivament il-PN qed inaqqas il-maġġoranza tal-voti f’kull survey. Infakkar lil Mary Anne Lauri li dan l-aħħar survey ma użax it-teknika li jqis il-voti ta’ dawk li mhux se jivvutaw fejn sejrin bħal ma’ jagħmel Marmara.

Infakkar lil Mary Anne Lauri li fl-2017, il-Partit Nazzjonalista kien għamel survey. Infakkar li dan is-survey kien juri riżultat diamettrikament differenti minn dak ta’ Marmara. Dan in-nhar, l-akkademiċi u l-professjonijiet li jagħtu l-pariri lill-PN kienu ddieħqu b’dak li kien qal Marmara. Infakkarha li ħafna akkademici Nazzjonalisti li ltqajt magħhom dak iż-żmien bdew isostnu li l-PN se jirbaħ bi ftit. U x’ġara? Kien hemm telfa massiċċa li qatt ma rajna bħalha waqt li l-Lejber żied id-distakk u l-voti!

L-akbar ċuċata li tista tagħmel huwa li tagħmel xi survey ibbażat fuq il-Facebook. Dan għaliex il-Facebook iħaddem algorithim li ttellgħalek dak li tkun trid tara u taqbel miegħu. Il-Facebook jagħmel profile sampling u jekk eżempju jinduna li inti xellugi jtellgħalek affarijiet relatati max-xellug. Jekk inti lemin, itellgħalek artikli fuq din il-linja. Barra dan, hemm ħafna data sharing inkluż ta’ chats, voice calls, internet browsing, search engine searches etc. Qed ngħid dan biex il-PN joqgħod attent kemm jagħti każ fejn sejjer abażi ta’ dak li jinkiteb fuq Facebook.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *