Is-senjalazzjonijiet fit-toroq li fihom qed isiru x-xogħlijiet fin-naħa tal-Ajruport

Minn osservatur politiku

Aktar ma’ s-sitwazzjoni tkun ħażina aktar naraw x’nagħmlu biex inkomplu ngħarrquha. Qed nirreferi għas-senjalazzjoni li teżisti biex turik kif ser tasal l-ajruport nazzjonali ta’ pajjiżna. Aktar ma nafu li kull meta ikollok xogħolijiet infrastrutturali aktar tista’ tinqala diffikulta, aktar nonqsu milli nagħmlu senjalazzjoni ċara u indikattiva tajba.

Dan juri nuqqas ta’ professjonalita’ min-naħa tal-awtorita’ tal-ippjanar u dan qed jirriżulta f’ħafna toroq f’pajjiżna fejn ikun qed isir ix-xogħol. Imma ser niffoka fuq l-ajruport. Dan in-nuqqas jibda mill-junctions tal-Marsa fejn teżistu senjalazzjoni inadekwata, riżultati ta’ ippjanar ħażin min-naħa tal-awtoritajiet relevanti. Fil-fatt jekk taqbeż is-sinjal li hemm li juri li trid iddur fuq il-lemin għall-ajruport, huwa faċli ħafna li tispiċċa fit-triq lejn Ħal Tarxien jew Santa Luċija, li jfisser li jkollok taqbed triq oħra lura lejn l-ajruport.

Biss imbagħad il-kbir ikun għadu ġej għax trid tgħaddi mill-konfużjoni li hemm madwar il-Gudja, jiġifieri fil-viċinanzi tal-ajruport. Dan l-aħħar kien hemm żviluppi li rrekjedew li jinbidel il-mod ta’ kif tasal l-ajruport. F’din iz-zona s-senjalazzjonijiet m’humiex ċari. Mhux talli hekk talli jħawduk u jekk ma tkunx xi wieħed li tuża t-triq frekwenti, iċ-ċansijiet huma li titfixkel. Ikun diffiċli li tagħraf fejn trid iddur biex forsi tasal l-ajruport. Hemm ħafna tidwir u kultant trid tazzarda xortik biex tipprova tasal. Ma jistax ikun li ssuq b’dan in-nuqqas ta’ senjalazzjoni ċara. U jekk ma toqgħodx attent tispiċċa tieħu dawra ħażina u tissogra li tweġġa’ biex issewwi l-iżball.

Fl-aħħar forsi tasal b’wiċċ il-ġid. Imma dik il-battikata tħallik b’nifsek maqtugħ u mdejjaq bit-tidwir żejjed li hemm. Veru li hemm ix-xogħlijiet għaddejjin imma jidher ċar li hemm nuqqas kbir ta’ ħsieb. Żgur li l-inġiniera tat-toroq u dawk li jagħmlu l-pjanijiet jaslu għal biċċa xogħol ħafna aħjar jekk verament jidħlu għaliha bil-qalb u b’determinazzjoni. Żgur li b’xi mod setgħu jiffaċilitaw dik l-esperjenza qarsa.

Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa tindika inkompetenza sħiħa u nuqqas ta’ professjonalita’ min-naħa tal-awtoritajiet rilevanti. Nisperaw li l-awtoritajiet governattivi jieħdu r-rigni f’idejhom u jordnaw lill-awtoritajiet konċernati biex jirranġaw is-sitwazzjoni għal ġid tal-poplu kollu u għat-turist li jżur pajjiżna.

One thought on “Is-senjalazzjonijiet fit-toroq li fihom qed isiru x-xogħlijiet fin-naħa tal-Ajruport

  1. Hekk hu. Jien rari nitla’ lejn l-ajruport, imma nhar il-Hadd li ghadda kelli nsuq sa hemm, u nghidlek il-verita kont b’seba’ ghajnejn biex ma nitfixkilx f’ xi sinjal u jkolli ntawwal triqti ghal xejn. Biex wasalt ma kellix tant problemi, imma meta gejt biex nohrog immisjajt liwja u kelli nieqaf u nirriversja bicca. Kif irrangajt is-sitwazzjoni u komplejt ghal trieqti, ergajt sibt sinjalazzjoni mhux posta u kelli nerga nghaddi minn triq ohra u tawwalt it-triq ghal xejn.

    Hekk kif intqal fl-artiklu, jekk is-sinjalazzjoni ssir bir-reqqa, u mil-lenti tas-sewwieq nifrankaw hafna stress fuq l-istess sewwieqa kif ukoll xi ncident.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *