Metsola għandha tiddikkjara l-interessi tagħha
Minn persuna li hu supporter ta’ Roberta Metsola
Lovin Malta tagħtna on-line poll ta’ kif in-nies qed iħares lejn numru ta’ persuni u l-possibilita’ tagħhom li jkunu l-mexxej futur tal-Partit Nazzjonalista. Bħal ma wieħed jistenna, Roberta Metsola kienet fuq quddiem u anki kienet l-aktar waħda li ġabet appoġġ minn fost l-ismijiet msemmija f’dan on-line poll.
Mhux ser nidħol fil-mertu ta’ dan is-survey. Imma bħala partitarju Nazzjonalista, u persuna li persunalment qed nappoġġa fuq livell Ewropej lil Roberta Metsola, Metsola għandha tgħid fejn huma l-interessi tagħha. Jekk huma l-Ewropa mhux problema. Jien ser inkompli nappoġġjaha. Pero’ jekk għandha interessi oħra, din trid tgħidilna bihom għax sa dan intant hemm partit li qiegħed imut mewta naturali.
F’din il-lista li ppubblikat Lovin Malta, hemm tmienja oħra wara Metsola li qed jissemmgħu f’dan is-survey bħala kapijiet potenzjali għall-Partit Nazzjonalista.
Jekk Metsola mhux interessata, napprezza li tgħidha bl-aktar mod ċar ħalli jkun jista’ jibda il-proċess ta’ l-għażla ta’ kap ġdid illum qabel għada.
Grazzi Roberta

This result seems to be a win for the moderates and kicks in the teeth the old establishment. That’s except for Metsola. However I am sure those that voted for her know deep in their hearts that she is NOT interested. Ergo they choose her to show disdain for the NEW(OLD ESTABLISHMENT) names on the list.