L-ideoloġija tal-ġeneru. L-iSvezja twaqqafha u aħna naddottawha fl-iskejjel tagħna
Minn Edwin Vassallo
F’Malta rridu nkunu minn ta’ quddiem biex ngħallmu liż-żgħar tagħna dwar din l-ideolġija tal-ġeneru. Fl- edukazzjoni l-gvern qed jagħmel kull ma jista’ biex jgħallem lill-kulħadd li tifla tista’ ssir tifel u tifel jista’ jsir tifla. Filwaqt li fl-iSvezja qed jerġgħu jaħsbuha għaliex skont l-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż, f’dan il-qasam jeħtieg aktar riċerka, aħna qed nagħmlu il-kontra.
Povri ż-żgħar tagħna li l-gvern tagħna jrid jarahom sudditti ta’ indotrinazzjoni u ngħid hekk għaliex illum kull student bil-liġi jkollu joqgħod għal dawn il-lezzjonjiet. Illum student jista’ jagħżel jekk jattendix għat- tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel, iżda issa dan it-tagħlim u l-indottrinaazzjoni dwar l-ideoloġija tal-ġeneru saret id-duttrina l-ġdida tal-istat. Pajjiżi oħra qegħdin attenti, filwaqt li f’pajjiżna kollox jidher li ser jibqa’ għaddej. Ħasra.
