Il-maġistrati l-ġodda KOLLHA ser jieħdu l-ġurament tal-ħatra illejla fil-5 pm
Illum wara nofs in-nhar ser issir il-ħatra tal-maġistrati li għadhom kif ġew magħżula mill-bord tal-għażla mmexxi mill-Prim Imħallef. Infakkar li din iċ-ċerimonja tħassret wara li wieħed mill-maġistrati nstab li kellu kawżi pendenti kontra tiegħu ġewwa qorti fil-Kosta tal-Ivorju. Imma kif ħabbar dan is-sit, il-Prim Imħallef xorta ried li din iċ-ċerimonja ssir u b’hekk il-maġistrati kollha ser jingħataw il-ġurament illejla fi-5 pm.
Dan is-sit jinsab infurmat li kien hemm min kiteb b’mod formali lill-kumitat tal-għażla li wieħed minn dawk li ser isiru maġistati kien inqabad jikkopja fil-eżami tal-kors tal-liġi u kellu jirrepeti sena. Din il-kommunikazzjoni saret wara li kienu ntgħażlu u ħarġet l-istorja tal-proċeduri kriminali li kien hemm kontra dan il-kandidat fil-Kosta tal-Ivorju. Imma l-kumitat tal-għażla, li mponiet fuqna l-Kummissjoni Venezja, ma tatx kasha u injorat għal kollox. Ara fuq dan l-affarijiet ir-Repubblichini b’ħalqhom magħluq. Ara fuq din l-affari, il-kelliem tal-Ġustizzja tal-PN ma qal xejn. Infakkar li dan il-kumitat għandu d-doveri li jagħmel id-due diligence sew ta’ kull kandidati.