Il-lejla fis-7 pm ser jiltaqa’ l-Parliamentary Group Nazzjonalista: tgħid ser jiddiskutuh is-survey tal-Ħadd li għadda?

Dan is-sit jinsab infurmat li l-lejla ser jiltaqa’ l-grupp parlamentari Nazzjonalista. Wieħed jistenna li l-lejla, dan il-grupp jiddiskuti s-survey tal-Ħadd li għadda. Wieħed irid ifakkar li Adrian Delia kien iffaċċjat bi kritika ferm ħarxa fil-grupp parlamentari Nazzjonalista wara surveys inqas disastrużi minn dak tal-Ħadd li għadda. Infakkar kif numru ta’ deputati (li wħud minnhom għadhom fil-Parlament) kienu marru għand il-president biex jappuntaw kap tal-Oppożizzjoni ġdid wara survey ferm inqas disastruż minn dak ta’ erba’ t’ijiem ilu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *