Qed inġib video fejn fih tidher Andrea Prudente titbissem u ferħana mingħajr l-ebda sinjali ta’ stress.

Ilbieraħ, The Sunday Times tatna dak li ġara fil-qorti matul il-ġimgħa li għaddiet marbut mal-kawża li Andrea Prudente u Jay Weeldreyer fetħu kontra l-istat Malti. Infakkar li Andrea Prudente u dak li darba kien ġie deskritt bħala r-raġel tagħha, Jay Weeldreyer, fetħu kawża fil-qorti kontra l-istat Malti għad-danni. Dawn qed jitolbu somma kbira ta’ flus bħala kumpens talli Andrea Prudente ma sarx abort fuqha mit-tobba Maltin.

Fost affarijiet oħra li ġew irrappurtati minn The Sunday Times kien hemm il-fatt li l-avukata ta’ Andrea Prudente, Lara Dimitrijevic, qalet lill-qorti li l-klijenta tagħha ma setgħetx tagħti x-xhieda via teleconferencing minħabba li riċentament għaddejja minn severe post-traumatic stress disorder.

Jien neħodha li dan is-severe post-traumatic stress disorder huwa riżultat ta’ din l-istorja li għaddiet minnha f’Malta f’Ġunju li għadda. Infakkar li Andrea Prudente riedet tagħmel abort u dan ma sarx f’pajjiżna. Lara Dimitrijevic ipproduċiet anki ċertifikat minn terapista bħala prova li l-klijenta tagħha kienet għaddejja minn dan l-istress u għalhekk ma setgħetx tixhed.

Hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-video li ttella’ fuq YouTube fil-7 ta’ Novembru 2022, jiġifieri madwar ħames xhur wara l-mawra ta’ Andrea Prudente ġewwa pajjiżna u tliet xhur qabel ma’ kellha tidher quddiem il-qorti Maltija biex tagħti x-xhieda tagħha. F’dan il-video tidher l-istess Andrea Prudente, fejn qed tkun intervistata dwar kif wieħed għandu jġib ruħu quddiem il-kamera ħalli jkollu prodott aħjar ta’ photo shoot. Prudente tispjega kif ritratti tajba jagħtuk riżultati aħjar. F’dan il-video, Prudente ma tidhirx stressjata. Anzi tidher fih bħala persuna li qegħda titbissem u kollha ferħana. Nirrepeti li dan il-video ġie uploaded f’Novembru tas-sena l-oħra tliet xhur qabel ma’ kellha titla’ tixhed fil-qorti tagħna!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *