Jirreżenja Rudolph Marmara. Ma baqa’ ħadd fil-Dar Ċentrali ħlief Bernard Grech u Michael Piccinino.

Kien hemm reżenja oħra ta’ uffiċjal għoli tal-PN. Din id-darba miss li Rudolph Marmara biex jagħti r-reżenja tiegħu. Marmara kien ħa post Jean Pierre Debono. Hu kien oriġinarjament ma’ Adrian Delia imma minħabba s-surveys ħżiena mar mal-Blue Heroes u kien wara l-kampanja ta’ Bernard Grech biex isir kap. Dan l-aħħar kien wieħed min dawk li kien qed jitlob għar-reżenja tal-kap attwali. Jidher li r-reżenja ta’ Marmara hija marbuta mal-istat xejn tajjeb li bih miexi l-PN mal-opinjoni pubblika.

B’hekk b’din ir-reżenja ma baqa’ ħadd fil-kuruturi tad-Dar Ċentrali għajr għas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino u l-Kap Bernard Grech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *