Is-survey tal-Malta Today: tonqos il-fiduċja fil-politiċi.

Għal xi uħud, dan is-survey huwa wieħed tajjeb għall-Partit Laburista għaliex id-differenza bejn il-partiti kompliet tikber u qed tikber favur il-Lejber. Fi kliem ieħor, jekk issir elezzjoni, il-Lejber jerbaħ. Imma jekk wieħed iħares sew, isib li qed tonqos il-fiduċja fil-partiti l-kbar. Qed tonqos ukoll il-fiduċja fil-mexxejja tal-partiti. Mela dak li jippubblika dan is-sit huwa minnu.

Infakkar li skont dan is-survey, 23.9% qed jgħidu li tilfu l-fiduċja fil-politika u ma għandhomx interess li jivvuttaw lill-ebda partit politiku. In-numru tagħhom illum huwa ta’ partit politiku. Jidher li l-voti li jitlef il Labour ma hux qegħdin jintrebħu minn ħadd. Normalment, meta gvern jitlef il-voti, dawn imorru fuq l-oppożizzjoni. Dan mhux qed jiġri u dan jispjega għala hemm din id-distanza kbira favur il-Lejber. Il-PN mhux qed jirbaħ voti minkejja d-disastru soċjali, morali u politiku li qegħdin ngħixu fih. Il-problema tal-għoli tal-ħajja qed taffettwa lil dan il-gvern. Qed tnaqqaslu l-voti imma dawn mhux qed jieħodhom il-PN għaliex bħal-Lejber, il-PN qed jidher bħala partit liberali.

Mela l-konklużjoni ta’ dan is-survey hija li l-partiti politiċi l-kbar mhux qed jirnexxilhom inisslu fiduċja fil-poplu tagħna. Mela dawk kollha li kienu jagħtu l-pariri lill-PN, jiġiferi li dan il-partit għandu jsir partit liberali bħal dak ta’ Joseph Muscat, issa qed jaraw ir-riżultat tal-politika tagħhom. Din il-politika fil-PN mhux qed tħalli l-frott u tefgħet lill-PN f’sitwazzjoni li mhux eleġġibbli mal-elettorat Malti. B’hekk, it-trust tal-poplu Malti niżel fit-tmexxija ta’ Bernard Grech u Robert Abela. Imma f’din is-sitwazzjoni, Bernard Grech qiegħed fl-aktar livell baxx ta’ fiduċja fost l-elettorat u dan jispjega għala d-distanza bejn il-partiti qed tkompli tikber anki jekk in-numru fost l-elettorat li qed jgħidu li mhux ser jivvutaw qed jiżdiedu.

5 thoughts on “Is-survey tal-Malta Today: tonqos il-fiduċja fil-politiċi.

  1. L’stharrig juri ukhol lil-PL b’distakk ta 56,000 vote fuq il-PNEEEEEE. Imma forsi din qabzitlek Sur Mercieca.

    1. x’ghandu x’jaqsam Sur Stivala – Il-PN mejjet – u ghax miet il-PN beda jmut il-PL. L-unika haga importanti mis-survey hi li dawk li tilfu l-fiducja fis-sistema politika dejjem qed jikber u ma kull elezzjoni qed jizdied b’rata rekord. dan ifisser li 1 minn kull erbgha f’pajjizna huwa politikament orfni u jekk l-affarijiet jibqghu sejrin kif inhuma jasal iz-zmien li jew: l-ebda gvern li jkollna ma jkun jista’ jissejjah legittimu jew jitwieled partit iehor kbir u jaghmel revoluzzjoni kif sar f’pajjizi ohra – ghax int ma tridx tara dawk li qed jghidu li mhux ser jivvotaw izda trid tara dawk li jivvotaw PN biex ma jitlax il-PL u dawk li jivvotaw PL biex ma jitlax il-PN – u fost dawn hemm eluf li mdejqin bil-partit taghhom izda li s’issa m’ghandhomx alternattiva u jekk ikun hemm alternattiva AKTAR hemm cans li jonqos il-vot tal-lejber ghax jafu li l-PN mhux ser jitla jaghmel x’jaghmel….

  2. Fejn hu l bravu periggin li ta parir lil dak l-imnejjek ta’ Bernard Zattat Grech biex issir partit liberali. Fejn hu Allesandro Farrugia li kien jitghannaq ma Bernard Grech u kien diga qed jimaginah kastilja. Fejn hu Ray Bezzina bniedem li uza l-pozizzjoni tieghu biex jahtaf job ma fat cat. Kollha telqu. Dabbru rashom. U Bernard Grech baqa hemm jerda l-ahhar ftit qatriet ta’ demm li fadallu l-PN

  3. ”AKTAR (kapitalli kietiba) hemm cans li jonqos il-vot tal-lejber”. Hu sadatant lis-staharrig jindika vantag ghal-leber ta 56,000 vote. Ekka inaqas qiejed il-leber Sur Borg.

  4. Id-differenza tkompli tizdied. dik l-importanti. il-maggoranza difficli jew kwazi mpossibbli li tintlahaq l-anqas b’terrimot. l-elezzjoni ewropea li ser tinzamm fi ftit xhur ohra ser tkun is-sinjal li jmiss tal-mard gravi li hakem fuq il-partit Nazzjonalista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *