Issa miss lill-Bank tal-Knisja li nstab ħati ta’ ħasil ta’ flus u l-paladini tar-rule of law baqgħu b’ħalqhom magħluq
Minn Osservatur Politiku
Il-Bank APS dabbar multa ta’ €228,706 mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) minħabba nuqqasijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħasil tal-flus. Dan l-istess bank ikkonferma li mhux ser jappella minn din id-deċiżjoni u minn din il-multa.
APS qal li dak li nstab mill-FIAU jagħmel referenza għal nuqqasijiet f’affarijet legali tal-bank u jħossu sodisfatt li tgħallem ħafna minn dak li ħareġ. Il-bank ħa ħafna passi tanġibli biex isaħħaħ is-sistemi tiegħu u jieħu dan il-proċess bħala xi ħaġa li ġagħlitu jinvesti ħafna biex itejjeb l-andament tiegħu.
Imma sa hawnhekk kollox sew. Biss wieħed jistaqsi kif ma smajna xejn minn għand dawk in-nies li lesti jikkritikaw, jikkummentaw, isibu x-xagħra fl-għaġina f’ħaddieħor u f’tal-familja ma jitkellmu xejn. Sa issa għadna ma qrajna xejn, per eżempju, minn Alexandra Dee Crespo li taħdem fil-kurja tal-knisja li l-bank APS allura jiġi parti mill-familja tagħha!
Għadna ma smajna xejn lanqas minn Fr Joe Borg li ssoltu mill-ewwel jikteb xi artiklu fejn isib iċ-ċans li jikkritika, baqa’ b’ħalqu magħluq. Bil-fors ikollok tiftakar stejjer li pajjiżna għadda minnhom ftit tas-snin ilu. Jiġi f’moħħi il-kjas li qam meta Adrian Delia kien weħel penali ta’ ftit mijiet (mhux eluf) mill-kummissarju tat-taxxi għaliex daħħal ir-return tard. Dak in-nhar kien intalab vot ta’ sfiduċja fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista minħabba li kien weħel din il-multa.
Forsi issa nistennew lil Mark Anthony Sammut jew lil Karol Aquilina li jitolbu li l-arċisqof jitlef ir-rowl li għandu fil-protokol tal-istat minħabba din il-multa li weħel biha l-bank tiegħu. Jew forsi jifthemu mar-Repubblichini biex jagħmlu xi demostrazzjoni quddiem il-kurja minħabba dan il-ħasil ta’ flus. Jew forsi dawn it-tnejn min-nies u sħabhom tal-grupp tar-ribelli u r-Repubblichini jiċċaqalqu u jagħmlu ħoss bħal ma kienu għamlu ftit tax-xhur ilu kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni jew il-Bank ta’ Pilatus u kontra dak id-deputat li kien jagħti s-servizz tiegħu lil dan il-bank.

Min jitkaza waqa fil kaza. Fejnghom dawk li jipdredkaw id dwejjaq li ghandhom fuq dan is suggett Jew dawn ghax mhumiex tal labour , allura kollox tajjeb.