Il-Prim Imħallef irid b’saħħa kbira persuna b’azzjonijiet kriminali kontra tagħha bħala maġistrat

Dan is-sit jinsab infurmat li lum iltaqa’ l-kumitat magħmul apposta biex jaħtar l-imħallfin u l-maġistrati. Ġara li wieħed li applika u ġie maħtur maġistrat minn dan il-kumitat tal-għażla għandu proċeduri kriminali pendenti kontra tiegħu barra minn xtutna. Imma xorta waħda, il-Prim Imħallef iridu b’saħħa kbira maġistrat.

Infakkar li persuna li għandha kontra tagħha kawżi pendenti kriminali mhux suppost tapplika. L-ewwel trid tillibera isimha u mbagħad tapplika biex tkun maġistrat jew imħallef. Illum jidher ċar li dan jgħodd skont min int. Infatti fl-applikazzjoni biex wieħed isir maġistrat jew imħallef irid jiddikjara jekk għandux kawżi pendenti quddiemu. Bħala prova qed inġib parti mill-applikazzjoni. Jidher ċar Kevan Azzopardi daħħal applikazzjoni li ma kinetx kompluta imma dan il-kumitat tal-għażla li wikkewlna tal-Kummissjoni Venezja iridu jagħmluh xorta waħda.

Il-kumitat tal-għażla ser jibqa’ għaddej romblu u ser jagħmel lil Kevan Azzopardi maġistrat. Jekk jiġri hekk, dan il-kumitat se ikun qed jiġi jaqa’ u jqum mir-regolamenti tiegħu stess. Infatti dan is-sit jinsab infurmat li dan il-kumitat ser imexxi biex fit-8 ta’ Frar, Kevan Azzopardi jsir maġistrat allavolja hemm atti kriminali kontra tiegħu. Jiġifieri dan ser jingħata l-ġurament ta’ maġistrat mill-President ta’ Malta nhar it-8 ta’ Frar 2023.

Dan il-każ kixfu Jason Azzopardi. Jason Azzopardi waħħal fil-gvern. Imma ejjew inkunu onesti. Kien Jason Azzopardi u sħabu r-Repubblichini li wikkewlna din is-sistema fejn l-imħallfin jew maġistrati jappuntahom il-Prim Imħallef mal-kumitat tiegħu. Ara issa kif spiċċajna. Avukati b’kawżi kriminali kontra tagħhom u xorta jsiru maġistrati jew imħallfin!!!!

Din l-għażla ser iżżid il-perċezzjoni li l-qorti saret għar tal-ħallelin. Mhux ta’ b’xejn li ċertu sentenzi ta’ dan il-Prim Imħallef qatt ma għamlu sens. Dak li nista’ ngħid li hemm rabbja kbira fost numru ta’ maġistrati u mħallfin għal din l-għażla tal-Prim Imħallef.

Kemm infakkar li fuq dan il-kumitat tal-għażla joqgħod ukoll il-President tal-Kamra tal-Avukati Louis De Gabriele li għamel paniġirku sħiħ kontra l-maġistrat Joe Mifsud jew dwar il-fatt li l-Prim Ministru ltaqa’ ma’ maġistrat. Imma mbierka is-sapjenza t’Alla, li jintgħażel minnu bħala maġistrat persuna b’akkużi kriminali ma jimpurtax!!! Mhux ta’ b’xejn, kif jgħid Edwin Vassallo, f’dan il-pajjiż tlifna l-boxxla morali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *