L-Oppożizzjoni trid terfa’ r-responsabbilita’ meħtieġa favur il-fejqan politiku, morali u soċjali tal-poplu tagħna
Minn Edwin Vassallo
Ilbieraħ tellajt artiklu fejn għidt li l-Partit Nazzjonalista ma għandux ifittex it-tkeċċija ta’ ministru. Kien hemm min ma qabilx miegħi. Infakkar li l-kundanna ta’ ministru hija biss riżultat ta’ cheap politics li llum pajjiżna qed iħaddan. Il-ministru għandu r-responsabblita’ tiegħu x’iġorr iżda ma għandhiex tiġi kkundannat persuna waħda biex tagħmel tajjeb għal kull min huwa involut f’dan il-massakru morali li għaddej minnu pajjiżna. Jien nakkuża l-establishment politiku kollu u nżommu responsabbli tat-tbatija li qed iġorr il-poplu tagħna. Ejjew inħarsu lejn l-istampa sħiħa tal-problema u mhux nħarsu at face value u nikkundannaw ministru għax naħsbu li wassalna. Mela l-ewwel iridu nifhmu li:
1. Kull min kien sieket, meta kellu jitkellem quddiem il-proċess tal-uglification tal-istat morali f’pajjiżna, issa għandu piż x’jerfa’ tal-ħtija tal-kaos morali u soċjali li qed jgħix fih il-poplu tagħna.
2. Kull min kien jitħallas fil-media biex jgħid x’fiha ħażin din bil-ħsieb li niżvalutaw il-moralita’ u l-valuri ta’ sewwa, illum għandu piż x’jerfa’ quddiem din il-kriminalita’ li għadna.
3. Kull min f’pajjiżna beda jitkellem fuq il-logika ta’ “the end justifies the means“, illum irid jinżamm responsabbli tal-kaos morali u soċjali li ninsabu fih.
4. Kull min f’dan il-pajjiż għamilha tal-bully mal-liġi u żamm l-istituzzjonjiet jaħdmu biss maż-żgħir u ħalla lill-kbir ikompli jikber, irid jħallas għall-ħsara li għamel u li issa qed nbatu l konsegwenza tagħha.
5. Kull min żamm lill-pajjiżna jinżel iż-żurżieqa lejn ir-riċessjoni morali li ninsabu fiha, irid jara x jagħmel biex jagħmel tajjeb għall-ħsara li wettaq.
6. Kull min hu politiku u jemmen li żmien il-valuri għadda u jemmen li l-laqiżmu għall-poter huwa s-sigriet ta’ rebħ tal-voti, jien ngħidlu “int ħaqqek il-ħtija għaliex mhux kapaċi terfa’ r-responsabbilita’ tal-ġurament li ħadt“.
7. Kull min faqa’ lill-pajjiżna bil-ħaxixa u bid-droga, issa ngħidlu li int responsabbli ta’ kull persuna li qed tmut kawża tal-imwiet li jseħħu llum f’pajjiżna taħt l-influenza tad-droga.
L-Oppożizzjoni għandha tara jekk hiex kapaċi taqra is-sinjali taż-żminijiet li qed jgħix fihom il-poplu tagħna u l-azzjonjiet li teħtieġ tieħu, iżda fuq kollox teħtieġ tħares lejha nnifisha u titkellem mal-poplu b’mod sinċier u tibda hi biex turi lill-poplu li qed terfa’ r-responsabbilita’ meħtieġa favur il-fejqan politiku, morali u soċjali tal-poplu tagħna
Wsra elezjioni li saret bic cheques issa haj gawdi gahan malti bil baramboli kollha u l oppozizjioni tghamieh mit tnejn mwla tghinu jisolvi l frejjegg.