Jista’ Matthew Caruana Galizia jispjega għala qatt ma talab investigazzjoni serja fuq il-Ministru Chris Cardona? Għax għandu l-faħam miblul.
Issa ħarġet l-aħbar li skont Vince Muscat il-Koħħu, wieħed mill-assassini ta’ Daphne Caruana Galizia iltaqa’ mal-eks-Ministru Chris Cardona ġewwa l-Hilton. Il-Koħħu qed jgħid li kien ħa wieħed mill-aħwa Degiorgio għal din il-laqgħa fejn fiha ġie miftiehem biex tinqatel Daphne Caruana Galizia għas-somma ta’ 150,000 euro. Dan kien fl-2014. Din hija affermazzjoni serja ħafna. Din intqalgħet taħt ġurament fil-qorti.

Mhux ser nidħol fil-mertu ta’ din l-affermazzjoni. Imma din ser ikollha konsegwenzi serji fuq dan il-gvern u anki fuq il-ministri tal-istess gvern. Infakkar li hemm żewġ ministru preżenti li kienu jaħdmu fil-qrib u direttament ta’ Chris Cardona. Issa r-Repubblichini ser jitolbu għar-reżenja tagħhom?
Imma hawn wieħed jistaqsi kif l-investigaturi qatt ma nvestigaw dan id-dettal sew? Infakkar li Matthew Caruana Galizia qal li l-prim investigatur huwa l-eroj tiegħu. Infakkar li meta bdejt nistaqsi dwar dan id-delitt u dwar dak li kien qed jgħid Matthew Caruana Galizia, ġejt mgħajjar li jien mixtri minn Yorgen Fenech.
Kull ma għamilt jien kien li bdejt nistaqsi dwar il-ħafna inkonsistenzi li Matthew Caruana Galizia beda jgħid dwar dak li ġara dak in-nhar li nqatlet ommu. Infakkar li l-familja ta’ Caruana Galizia kienu qalu li kienu kuntenti għaliex l-assassini kollha nqabdu. Hekk ukoll qalilna l-Kummissarju tal-Pulizija. Imma jidher li għad hemm ħafna affarijiet miftuħa f’dan il-każ.
Hawn kemm ngħid li l-aħħar messaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia kien dak li “There are crooks everywhere you look now. The situation is desperate.” Matthew Caruana Galizia jaf sew għal min kitbitu dan il-messaġġ ommu! Ħa ngħidilu ħalli ma jkunx hemm ekwivoċi. Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dan il-messaġġ għalih u għall-familja tagħha. Imma minflok kellna pulizija tagħmel investigazzjoni serja u kif suppost, ħalliet lil Matthew Caruana Galizia jkisser l-evidenza li kien hemm fil-computer. Dan għaliex f’dan il-computer kien hemm evidenza kontra l-istess familja tiegħu. Imbagħad, il-maġistrat li kien responsabbli għal din il-qerda ta’ evidenza tħallas tajjeb billi għamluh imħallef! Fuq kollox, il-familja Caruana Galizia ngħatat il-fakulta’ li tagħżel l-imħallfin u l-maġistrati. Nispera li ma sarx dan li jgħidulu bl-Ingliż horse trading, jiġifieri l-familja tħalliet tkisser evidenza li kien hemm fil-computer u tħalliet tagħżel il-ġudikanti li riedet hija bil-patt li l-istess familja Carauana Galizia ma timplikax politiċi u ministru tal-gvern f’dan id-delitt!
Issa nispera li kull min jaqa’ fuqu suspett ta’ femmiċidju – jingħata d-dritt li jagħżel l-imħallfin u l-magistrati kif ingħatat dan id-dritt il-familja Caruana Galizia għaliex dak li hu sauce for the goose is sauce for the gander. Fuq kollox, il-membri tal-familja Caruana Galizia kienu jafu x’kien hemm inkomuni bejn 2014 u 2017. Dak li kien hemm inkomuni ma kienx il-kuntratt tal-Electrogas imma xi ħaġa oħra li l-famużi mħallfin qatt ma riedu jinvestagaw u l-anqas il-pulizija, anki jekk kienu jafu biha. Infakkar x’kien qalet Helena Dalli. Dan hu femmiċidju! Infakkar x’kienet għamlet fl-2014 Daphne Caruana Galizia. Minħabba dik l-azzjoni spiċċat ġiet irrappurtata l-għassa tal-Mosta! Imma għala ħadd ma jistaqsi għala Daphne Caruana Galizia kienet garat il-platti fl-2014?
Anki jekk The Times ippruvat iddaħħal lil Yorgen Fenech f’dan kollu, issa qed joħroġ ċar li Yorgen Fenech ma kienx il-mastermind ta’ dan id-delitt. L-anqas kien il-mastermind, kif kien qalilna Peppi Azzopardi, wara l-attent ta’ qtil li kien hemm maħsub fl-2014. Issa sirna nafu mill-qorti li wieħed mill-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia stess qed jgħid li qatt ma kien sema’ bl-isem ta’ Yorgen Fenech. Meta mistoqsi mill-avukata Anna Mallia, Vince Muscat il-Koħħu qal ċar u tond fil-qorti li kemm fl-attentat tal-2014 u f’dak tal-2017 ma kienx sema’ bl-isem ta’ Yorgen Fenech. Infatti Vince Muscat qal li huwa sema’ għall-ewwel darba bl-isem ta’ Yorgen Fenech wara li splodiet il-bomba! Imma l-media kollha tkellmet li Yorgen Fenech huwa l-mastermind ta’ dawn l-attenti. Imma l-media għoġobha temmen lil Melvin Thuema!

Issa tifhmu għala dawn l-attakki kollha kontra dan is-sit u kontrija personalment mill-forzi tad-dlamijiet ta’ dan il-pajjiż, inkluż mill-avukat ġenerali Galea Farrugia u mill-media tal-Arċisqof Scicluna.
Allura bħal ma hemm teoriji bħal dawk li semmejt int f’dan l-artikolu tiegħek, ma jistax ikun hemm teoriji ukoll validi fejn dan il-Koħħu xehed falz taħt ġurament, forsi għax mixtri, jew forsi jinstab irrekattat, min jaf? Din hija donna xi logħba chess bejn imħuħ diaboliċi u Melvin u l-Koħħu ż-Żwiemel opposti.
Tghid Matthew Caruana Galizia se jirrispondi ghal din id-dikjarazzjoni serjissima rigward tieghu u l-familja ????
Nemmen pero li kriminal li jkun lest li joqtol b`mod hekk barbaru, zgur mhux se jiddejjaq jixhed falz taht gurament !!!
Qatt ma Falabella ghal inkjesta fuq ex ministru Cardona ghax jaf dak li kitbet ommu kien kollu gideb.
Ghala il familja Caruana Galizia qatt ma taw il laptop lil pulizija maltija? X’kien hemm fieh biex batch il Germanja?
Ghala dak inhar tad delitt halla il karozza barra u x’hinu jistenna biex jaghti spegazjioni ghala dak inhar Halliday barra?