Evarist Bartolo b’taqbila kontra Joseph Portelli: ikomplu joħorġu l-konsenturi koroh fis-soċjeta’ tagħna minħabba l-politika liberali li ħaddanna.

Issa jmiss lil Evarist Bartolo, wieħed mill-persuni wara l-politika liberali ġewwa pajjiżna li jibda jispara kontra l-liberaliżmu li daħħal huwa stess. F’dan il-video li deher fuq Tik Tok Bartolo jattakka l-liberaliżmu ekonomiku li daħħal f’Malta il-gvern tiegħu stess, meta hu kien ministru tal-istess gvern. Hawn qed inġib taqbila li Evarist Bartolo għamel kontra l-kostruttur Għawdxi Joseph Portelli. F’din it-taqbila jew klabb tal-Konkos kif sejjaħlu, jassoċċja lill-Arċisqof Charles Scicluna. Ma hemmx dubju li wara din it-taqbila hemm ħsieb għaliex xejn ma jsir għalxejn minn Evarist Bartolo.

Din it-taqbila tista’ tkun maħsuba bħala strateġija biex ikun hemm devjazzjoni tal-opinjoni pubblika minn fuq dan il-kaos soċjali li ġabet din l-emenda favur l-abort. Biss tista’ tkun ukoll attakk minn Evarist Bartolo kontra l-gvern tal-Lejber wara li jidher ċar li mhux ser ikun hu li ser jintgħażel biex ikun il-President tar-Reubblika li jmiss ta’ Malta. Ovvjament l-għażla llum tal-President ta’ Malta titlob l-approvazzjoni ta żewġ terzi, Imma jidher li mhux qiegħed fil-good books ta’ Robert Abela u żgur mhux ser ikun innominat għall-President tar-Repubblika min-naħa tal-Partit Laburista.

Dak li hu żgur li biex Evarist Bartolo wassal biex jagħmel dan il-video qasir jirrifletti ġlied intern li hemm bħalissa fil-Lejber. Infakkar li dan is-sit kien minn tal-ewwel li tkellem fuqu u ġie mgħajjar li qed jigdeb. Inkella verament li Evarist Bartolo wassal fl-aħħar. Imma aktar naħseb li dan hu sinjal ċar li l-istrateġija li hemm bħalissa fil-Lejber verament qed twasslu biex imiss il-qiegħ.

Dak li hu żgur li l-Lejber qed jiġi fi kliem Edwin Vassallo, persuna li dan is-sit qed jagħtiha spazju biex titkellem. Il-kaos li Edwin Vassallo qed jitkellem fuqu fl-artikli tiegħu fuq dan is-sit qegħdin issa juri l-konsegwenzi politiċi tagħhom anki fuq il-Labour Party. Dan il-video ta’ Bartolo huwa prova ċara li l-konsenturi li Edwin Vassallo jitkellem dwarhom għas-soċjeta’ tagħna issa leħqu u qegħdin ixaqqu lill-istess Partit Laburista.

Il-ħażin jeqred lilu nnifsu. Il-ħażin jibqa’ aġent tal-mewt u l-qerda. It-tajjeb huwa l-agent tal-ħajja sewwa. Fin-natura, dak li huwa tajjeb inissel it-tajjeb.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *