Where your opinion counts

L-issue tal-Kaċċa fl-iskejjel tagħna

Minn Edwin Vassallo

Matul dawn il-jiem kellna l-polemika dwar esebizzjoni li ser tkun qed issir fl-iskejjel Għawdxin dwar il-kaċċa. L-union tal-għalliema ma qablitx ma’ din l-esebizzjoni. Il-Kummissarju tat-Tfal ma qablitx anki jekk wieħed irid jgħid li s-surmastrijiet tal-iskejjel tħallew fil-liberta’ jekk itellgħux din l-esebizzjoni jew le.

Nifhem li hawn min ma jaqbilx mal-kaċċa u l-insib u għalhekk kontra dan it-tip ta’ esebizzjonijiet fl-iskejjel. Nifhem il-preokkupazzjoni tal-Kummisarju tat-Tfal dwar il-possibilita’ li esebizzjoni bħal din tista’ ddaħħal kunċett ta’ abbuż fl-użu tal-armi fost it-tfal b’riżultat ta’ din l-edukazzjoni dwar il-kaċċa. Nifhem li hemm min qed jara f’din l-esebizzjoni mezz biex lit-tfal tagħna nikkundizzjonalhom ħajjithom. Nifhem min jgħid li b’din l-esebizzjoni qegħdin ninfluwenzawhom bil-mod ta’ kif jirraġunaw. Imma t-tfal tagħna ġa qed jiġu ikkundizzjonati bid-diskussjonijiet tagħna l-adulti. Għalhekk ħbieb tiegħi jeħtieġ inkunu konsistenti fir-raġunar tagħna fir-rigward ta’ x’jista’ u x’qiegħed jinfluwenza lit-tfal tagħna.

Jekk il-Kummissarju tat-Tfal, bir-raġun kollu, tibża’ li wirja dwar il-kaċċa tista’ twassal għall-probabbilita’ tal-użu tal-armi, bl-istess raġunar iridu noqogħdu attenti kif u x’qed nitkellmu u nagħmlu bħala adulti quddiem it-tfal tagħna. X’qed jisimgħu t-tfal tagħna li ser jgħinhom isiru adulti responsabbli? Ejjew naraw ftit x’qed jixorbu dawn it-tfal mid-dinja tagħna tal-adulti. Ara fuq dawn l-affarijiet ħadd ma qal xejn u ħadd ma hu qed jitkellem.

X’ngħidu għal-loġika liberali li tista’ tagħmel li trid b’ġismek? Huwa tajjeb li din il-loġika tkun mgħallma fl-iskejjel tagħna?

X’ngħidu għat-tagħlim fl-iskejjel tat-tfal żgħar tagħna li qed ngħidulhom li meta jridu jistgħu jsiru nisa jew irġiel skont kif iħossuhom fil-mument, minkejja li ġew imwielda raġel jew mara?

X’ngħidu għat-tagħlim fl-iskola dwar is-sesswalita’ u li din mhix determinata mis-sess li wieħed jitwieled bih iżda skont kif wieħed iħossu?

X’ngħidu għat-tagħlim lit-tfal żgħar dwar l-ugwaljanza tal-ġeneru iżda ma għadniex inkellmuhom rigward il-fatt li l-ugwaljanza hija bbażata fuq ir-rispett lejn id-diversita’ bioloġika?

X ‘ngħidu għall-mentalita’ divorzista li qed inkabbru lit-tfal tagħna fiha fejn qed jispiċċaw jemmnu li huwa sewwa li fiż-żwieġ x’ħin tiddejjaq miżżewweġ tista’ titlaq lill-mara jew lir-raġel għaliex illum kollox sar deċiż fuq x’nixtieq, is-sentiment u ma għadniex nitkellmu aktar fuq responsabbilita’?

X’ngħidu għall-mentalita’ li qed indaħħlu fost it-tfal li wieħed jista’ jkun miżżewweġ u jista’ jibdel iż-żwieġ tiegħu f’wieħed ta’ “open relationship”?

X’ngħidu għall-mod ta’ kif qed nitkellmu fuq is-sess mat-tfal tagħna, li s-sess illum sar ifisser “il-jien” u l-importanti huwa li nissodisfa lill-ġismi u ma jimpurtaniex li nkun qed nuża lill-ħaddieħor biex jien nissodisfa l-jien tiegħi?

X’ngħidu għall-mod ta’ kif qed nitkellmu fuq l-ambjent u ninsew għal kollox il-primat tal-valur tal- bniedem bħala l-għola valur fl-ambjent?

X’ngħidu għall-mod ta’ kif it-tfal qed jaraw lilna l-adulti li min lest li b’saħħa jiddefendi l-bajd tal-fekruna fuq il-bajja u fl-istess waqt ma jimpurtahx milli jiddefendi lit-tarbija fil-ġuf?

X’ngħidu għall-mod ta’ kif qed nitkellmu kontra wirja favur il-kaċċa, u min qed jikkundanna din il-wirja ma jgħid xejn kontra l-qtil ta’ tarbija innoċenti fil-ġuf tal-omm?

X’ngħidu lil min qed jgħid lill-għalliema li mhux sew li jkollna din l-esebizzjoni fl-iskejjel imma meta kien hemm ir-referendum tad-divorzju uża argument bil-kontra u ma ħalliex għalliema fl-iskejjel tal-knisja jqassmu materjal kontra d-divorzju għax qal li l-għalliema għandhom jibqgħu barra minn kwistjoni mhux purament edukattiva? Mela għala fid-divorzju, l-għalliema ma tħallux jindaħlu u f’dan il-każ l-unjon tagħhom trid li jindaħlu?

X’ngħidu għall-mod ta’ kif qed inkabbru lit-tfal tagħna fl-egoiżmu fejn “the end justifies the means”?

X’ngħidu għall-mod ta’ kif qed inkabbru lit-tfal tagħna jemmnu li għandek tieħu r-raġun b’idejk u b’hekk qegħdin inkabbru l-possibilita’ tal-vjolenza domestika bħala mod ta’ kif tasal biex tieħu raġun?

X’ngħidu ghall-loġika ta’ sfruttament li qed innisslu fit-tfal tagħna bil-mentalita’ konsumistika li kull ma tixtieq tista’ tixtrieh u li għandek tixtri kull ma trid?

X’ngħidu għall-mod ta’ kif illum bil-mod qed noqtlu it-tgħallim tar-reliġjon fl-iskejjel biex ngħidu li noffru l-għażla u qed ngħallmu l-“ethics” u issa qed nibdew naraw ir-riżultati fis-soċjeta tagħna?

X’ngħidu għall-mod ta’ kif qed jinkitbu ċertu aħbarijiet fuq il-mezzi tax-xandir u x’jimpurtana li f’dak il-ħin jkun hemm it-tfal jisimgħu?

X’ngħidu għal min jidgħi u jitkellem baxx u juża l-vjolenza fid-dar quddiem uliedu stess?

X’ngħidu għall-ħajja tagħna l-adulti u x’sens ta’ responsabbilita’ sar fiha llum u x’eżempju qed nagħtu lit- tfal tagħna li ser jkunu l-adulti ta’ għada?

Tajjeb jekk iridu nikkundannaw wirja favur il-kaċċa iżda meta nikkunnadawha ejjew naħsbu x’qed jaraw u jisimgħu t-tfal tagħna mill-egħmejjel tagħna l-adulti.

5 thoughts on “L-issue tal-Kaċċa fl-iskejjel tagħna

  1. Proset, imma insejt tistaqsi xi ħaġa importanti: x’inhu l-kontenut tal-esebizzjoni? Huwa edukattiv li jispjega x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin jew wiehed fundamentalista li joħloq mibegħda soċjali kif fil-fatt qieghed isir fl-iskejjel taghna, ghad dannu ta’ kull kaccatur u nassab?

    1. Prosit Edwin. Jien nifimha , ejja nitilqu mill punt, li bejn sajjieded b’ harpoon u spara ghal Awrata, ma hemmx differenza bejn kaccatur b’senter qabad tajra kaccabli. Jekk hemm min jara differenza ff’ dawn iz-zewg prattici, mela nghid li-odju li l-Birdlife zeghret, lejn l-kaccatur Malti, lahaq il-massimu u ma tantx hemm lok ghal diskussjoni kostruttiva. Pero nemmen li hawn min irid jisma. L- esebizzjoni fuq l-kacca ghandha turi, kemm il-kaccatur ippreserva l-ambjent Malti tul is-snin, zgur li ippreservah ahjar min dawk l-kritici tal-kacca li qeghdin jakkwistaw jew jixtru bicciet zaghar ta’raba u idawwruwhom nofshom jew 70% jaghmluwhom BBQ areas jew ghar min hekk jikkumercjalizawhom. Xi jghidu l-genituri ghal kemm it-tfal jkunu esposti ghal vjolenza min fuq loghob ta’video games. Tisma tfal ta’ disa snin jitkellmu fuq loghob bhal Grand theft Auto, fejn minkejja li fuq il-loghob hemm indikat li huma ghal etajiet ikbar, dawn xorta huma accessibli ghal minorenni. Jiftahru li fil loghoba sparaw ghal pulizija u serqu u kissru u ghamlu. Allura dan ezempju tajjeb ? U x kampanja hemm kontra l-pornografija ? Kemm minorenni qeghdin esposti ghalijha ? Xi studju qieghed isir ? Allura ntemm nghid li il-preokupazzjoni tal-kummisarju tat-tfal rigward l-esebizzjoni tal-kacca hija bazwija, u instigata mill hdura tal-Birdlife. Ahjar il-kummissarju tara l-veru hsara li qeghdin jaffaccjaw it-tfal milli tibza mill esebizzjoni.

    2. Prosit Edwin. Jien nifimha , ejja nitilqu mill punt, li bejn sajjied b’ harpoon u spara ghal Awrata, ma hemmx differenza bejn kaccatur b’senter qabad tajra kaccabli. Jekk hemm min jara differenza ff’ dawn iz-zewg prattici, mela nghid li-odju li l-Birdlife zeghret, lejn l-kaccatur Malti, lahaq il-massimu u ma tantx hemm lok ghal diskussjoni kostruttiva. Pero nemmen li hawn min irid jisma. L- esebizzjoni fuq l-kacca ghandha turi, kemm il-kaccatur ippreserva l-ambjent Malti tul is-snin, zgur li ippreservah ahjar min dawk l-kritici tal-kacca li qeghdin jakkwistaw jew jixtru bicciet zaghar ta’raba u idawwruwhom nofshom jew 70% jaghmluwhom BBQ areas jew ghar min hekk jikkumercjalizawhom. Xi jghidu l-genituri ghal kemm it-tfal jkunu esposti ghal vjolenza min fuq loghob ta’video games. Tisma tfal ta’ disa snin jitkellmu fuq loghob bhal Grand theft Auto, fejn minkejja li fuq il-loghob hemm indikat li huma ghal etajiet ikbar, dawn xorta huma accessibli ghal minorenni. Jiftahru li fil loghoba sparaw ghal pulizija u serqu u kissru u ghamlu. Allura dan ezempju tajjeb ? U x kampanja hemm kontra l-pornografija ? Kemm minorenni qeghdin esposti ghalijha ? Xi studju qieghed isir ? Allura ntemm nghid li il-preokupazzjoni tal-kummisarju tat-tfal rigward l-esebizzjoni tal-kacca hija bazwija, u instigata mill hdura tal-Birdlife. Ahjar il-kummissarju tara l-veru hsara li qeghdin jaffaccjaw it-tfal milli tibza mill esebizzjoni.

  2. It tal mhux esebizjoni fuq IL kacca tresaqhom lejn l armi, izda IL loghob tal play station kollu vjolenza u still brutali LI jilghabu.
    Isahlu f mohhom minn eta zghira li li tista tuza l vjolenza kemm trid issu xejn ma Hu xejn.
    IL genituri? Laqwa li tfal qieghdin kwieti u ma jtelfuhomx.

Leave a Reply to Philip Camilleri Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *