Tarċisju Mifsud jgħid li George Farrugia ngħata l-proklama biex ma jikxifx lil min kien verament qed jikkorrompi: din l-istorja lil Mifsud kissritlu għaxar snin minn ħajtu
Tarċisju Mifsud kien sar isem magħruf minħabba li ttella’ l-qorti inġustament akkużat b’korruzzjoni minħabba ix-xiri taż-żejt. Din l-akkuża ta’ korruzzjoni kienet marbuta mal-famuż skandlu taż-żejt li kien faqqa’ fil-media qabel l-elezzjoni ta’ 2013. Tarċisju Mifsud kien ġie akkużat li rċieva rigali fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Finance Manager tal-EneMalta. Illum ħareġ li Mifsud ġie akkużat intortament għaliex wara martirju ta’ għaxar snin ġie lliberat mill-qrati tagħna. Matul dawn is-snin, in-nies kienu jqiesuh bħala kriminali u ma setgħax isiefer għaliex kellu l-passaport u l-ID miżmumin. Fuq kollox, Tarċisju Mifsud jgħid li George Farrugia gideb fix-xhieda li ta fil-qorti dwar dan il-każ. Din hija akkuża gravi meta wieħed iqies li dan Farrugia ngħata proklama presidenzjali biex jixhed u jikxef kollox fuq dan l-iskandlu taż-żejt. Dan is-sit kien tkellem favur is-Sur Mifsud. Hawn qed inġib kumment li għamel is-Sur Mifsud taħt artiklu li deher fuq il-Malta Today.
