Dak li kien jgħodd għal Manuel Mallia għandu jgħodd għal Byron Camilleri

Wara s-sentenza ta’ dalgħodu fil-qorti fejn fiha d-direttur tal-ħabs instab ħati li wża arma tan-nar fil-pubbliku kontra xufier ta’ ambulanza, qed jiżdiedu l-ilħna li jitolbu għar-reżenja ta’ Byron Camilleri. Infakkar li kien dan is-sit li tkellem ċar dwar dan il-każ u kien anki ppubblika ritratt tal-arma użata f’dan il-każ. B’hekk dan is-sit anki ssemma’ fil-kawża minħabba l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-ritratt.

Issa d-direttur tal-ħabs instab ħati. Mela kellna direttur tal-ħabs li qatt ma uża arma fil-pubbliku u ġie mġiegħel jirreżenja u kellna direttur ieħor li uża arma fil-pubbliku u l-ministru risponsabbli, Byron Camilleri ma ġagħlux jirreżenja waqt li kien qed jinstema’ il-każ tiegħu. Il-ġurnalisti tar-rule of law kollha baqgħu b’ħalqhom magħluq fuq dan il-każ!

Issa dan id-direttur instab ħati mill-qorti. Mela bir-raġun li l-kelliem Nazzjonalista għall-intern Joe Giglio talb għar-reżenja tal-Ministru Camilleri.

Fuq kollox, dak li kien jgħodd għall-Ministru tal-Intern Manuel Mallia għandu jgħodd għal Byron Camilleri. Mallia kien imġiegħel jirriżenja minn ministru meta xufier fil-ministeru spara lejn karrozza. L-istess għandu jgħodd għall-Ministru Camilleri, anzi, din id-darba mhux xufier kien involut fl-inċident b’arma iżda l-Kap tal-Ħabsijiet li ntgħażel mill-Ministru u ġie approvat mill-kabinett kollu.

Huwa importanti li Robert Abela jagħti eżempju li anke hu, bħal Lawrence Gonzi fi żmien John Dalli u Joseph Muscat ma’ Manuel Mallia, lest li juri li żbalji ta’ ministri ma humiex aċċettabbli.

Issa anki s-sid tal-Ambulanza qed jitlob għar-reżenja tal-istess Ministru Camilleri. Hu żball kbir li l-Prim Ministru qal li għandu fiduċja sħiħa fil-ministru wara din l-istorja kollha. Nisperaw li l-Prim Ministru ma qalx hekk għaliex hu ordna jew talab lil Byron Camilleri biex jiddefendi lil Brincau!

4 thoughts on “Dak li kien jgħodd għal Manuel Mallia għandu jgħodd għal Byron Camilleri

  1. Kien żball kbir meta intalbet ir-riżenja ta’ Manwel Mallia fejn spiċċa jiġi mkeċċi għax korrettament ma qabilx ma dik it-talba. Ikun l-istess żball illum jekk il-PM jitlob ir-riżenja tal-Ministru fuq xi ħaġa ħażina li għamel ħaddieħor f’kariga għolja li jaqa taħtu. Imbagħad min qiegħed jitlob ir-riżenji ta’ dak u ta’ l-ieħor kemm ilu li hawn gvernijiet Laburista? Li kien għalijhom jirriżenja l-gvern kollu u ma joħroġ ħadd kontrihom għal l-elezzjoni ħalli jerġgħu jirbħu.

  2. Byron, “All animals are equal, but some are more equal than others”
    R U one of them?
    For the sake of genuine PL supporters- RESIGN.

  3. “Infakkar li kien dan is-sit li tkellem ċar dwar dan il-każ u kien anki ppubblika ritratt tal-arma użata f’dan il-każ. B’hekk dan is-sit anki ssemma’ fil-kawża minħabba l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-ritratt.” – priceless, as always.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *