L-NGOS jakkużaw lis-supporter tar-Repubblichini li qiegħed ‘jinganna’ fl-applikazzjoni li għandu quddiem il-Planning Authority dwar żvilupp fuq Kemmuna.

Minn osservatur politiku

Prosit lill-NGOs li kixfu l-qerq tal-iżviluppaturi li ser jibnu fuq Kemmuna. Fejn huma r-Repubblichini li jriduha tal-paladini tar-rule of law? Għaliex ma ħarġux jipprotestaw? Ma tarax li mhux ser jgħidu xi ħaġa kontra dawk ta’ Hili!

Id-dikjarazzjoni jew aħjar li ta’ Hili qegħdin ‘jingannaw lill-pubbliku’ (misleading public) fl-applikazzjoni tagħhom inħarġet minn dawn l-organizazzjonijiet ambjentali: BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta – FEE, u Ramblers’ Association of Malta. Lil dawn taqlalhom il-kappell għad-dikjarazzjoni tagħhom mimlija b’dettalji interessanti. Dawn l-organizzazzjonijiet qed jitolbu lil Hili Ventures biex ikunu trasparenti mal-pubbliku dwar il-pjanijiet li għandhom biex jibnu l-lukanda u l-kumpless tal-bangalows fuq Kemmuna. Huma qed jinkoraġġixxu lil pubbliku biex joġġezzjona għal dan il-proġett monstruż fuq Kemmuna. Skont dawn l-organizzazzjonijiet dan il-progett ser jagħmel ħafna ħsara lill-ambjent naturali fuq Kemmuna speċjalment fiż-żona tal-bajja ta’ Santa Marija. Huma qed jirreferu għal dak li ppubblikaw l-investituri fejn qalu li l-bini li ser jibnu ser ikun iżgħar minn dak li hemm bħalissa fuq Kemmuna. Mhix xi ħaġa faċli li titwemmen meta tara l-pjanti li qed jipproduċu dawn l-organizzazzjonijiet.

Infakkar li fuq dan il-proġett u fuq dan l-ingann, ir-Repubblichini huma b’ħalqhom magħluq. Il-Kummissjoni tal-Ambjent tal-Kurja hija b’ħalqha magħluq. Ma għandix għalfejn inżid li din il-kummissjoni hija biċċa waħda mar-Repubblichini.

Kemm ikun ħafna aktar aħjar li kieku l-investituri jkunu veritiera mal-pubbliku! Kemm ikun aħjar li kieku l-investituri jagħtu stampa aktar ċara tal-pjanijiet tagħhom u ma jippruvawx jingannaw. Ma għandux għalfejn ikun hemm ħabi ta’ pjanti li llum jew għada ser ikunu f’idejn min jinteressah jarahom, aktar u aktar minn kumpanija li tridha li hija l-ikbar supporter tal-paladina tar-rule of law.

U la qegħdin fiha, ta’ min jistaqsi kif jista’ jkun li ta’ Hili xtraw dik il-lukanda mingħajr garanzija li l-proġett se jgħaddi? Min ser jidħol għall-investiment qawwi bħal dan jekk ma jkunx hemm sigurta’ li l-pjanijiet tiegħu ser jirnexxu?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *