“Il-problema fil-PN mhix Bernard Grech iżda l-mod u kif laħaq kap” u meta “jgħidulu ‘kun kap aħjar’ qegħdin jgħidulu hekk biex jwarrbuh bħal ma kienu warrbu lil Adrian Delia”.
Minn Edwin Vassallo
Ilbieraħ kellna artiklu fil-Malta Today dwar laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. F’din il-laqgħa ġiet diskussa l-leadership jew it-tmexxija ta’ Bernard Grech. Skont il-Malta Today, Bernard Grech mhux qed juri sinjali ta’ tmexxija. Fil-verita’ l-problema fil-PN mhix Bernard Grech iżda l-mod ta’ kif Bernard Grech laħaq kap.

Dawk li mbuttaw jew aħjar kienu l-kurunelli wara Bernard Grech, issa telqgħuh. Il-Malta Today semmiethom b’isimhom. Dawn kienu ġejjin mill-kamp Laburista – bħal ma kien Perigin jew kienu wara l-ideoloġija Woke. Dawn wasslu il-PN fejn jinsab illum. Illum il-PN għandu issue ta’ identita’ aktar minn qatt qabel. Imma din ma bdietx issa.
Il-PN ilu minn żmien Lawrence Gonzi li beda jitlef l-fiduċja tan-nies u din kompliet wara, fi żmien Simon Busuttil. Infakkar li wara Simon Busuttil kien hemm ħafna nies li kienu qed jagħtu l-pariri u bdiet tinħass aktar l-insistenza li l-PN isir aktar liberali. Lejn il-PN bdew resqin personalitajiet li ma kienux aktar konvinti mill-valuri umani u Kristjani li fuqhom kien twaqqaf il-Partit Nazzjonalista. Skont dawn il-Woke, dawn il-valuri ma kienux għadhom aktar relevanti għas-soċjeta’ tagħna.
Jien ngħid li mhux il-valuri umani u Kristjani ma kienux relevanti għas-soċjeta’ tagħna, iżda kienet qed tonqos il-ħila li biha dawn il-valuri jkunu mgħoddija mill-politiċi tal-PN lin-nies. Anzi kif kienu jara lil xi ħadd jipprometi fil-valur Kristjani, kienu jkissruh u b’għaġeb tal-għeġubijiet kienu jsibu l-appoġġ tal-media tal-Knisja Maltija. Huwa dawn il-valuri Kristjani li jagħtu r-relevanza lis-soċjeta’ tagħna. Illum aktar minn qatt qabel, is-soċjeta’ bdiet tinduna kemm dan hu minnu.
Il-valuri huma l-għodda li l-politiku jrid jagħraf juża. Il-valuri ma humiex il-prodott politiku iżda l-għodda li biha tasal li tieħu l-aħjar deċiżjonijiet relevanti għall-poplu. Il-politiċi fil-PN naqqsu li jagħmlu l-PN partit politiku relevanti għall-ħtiġijiet tan-nies għaliex kieu mogħmija jikkuppja l-politika liberali ta’ Joseph Muscat. Minkejja li valur importanti fil-PN huwa l-bniedem u dinjita’ tiegħu, għall-politiċi fil-PN, il-bniedem fit-totalita’ tiegħu ma baqax il-priorita’.
Jien kont ninduna b’dan l-atteġġjament għaliex fil-Kunsill Ġeneralli u fl-laqgħat oħra, kont nirrepeti l-argument li l-PN qed jitlef ir-relevanza tiegħu man-nies. L-atteġġjament ta’ snobbiżmu fil-PN wassal lill-poplu biex jgħid li l-PN kien biss kapaċi joffri “gvern arroganti”. Din l-immaġni kibret fl-aħħar ħames snin tal-governazza Nazzjonalista. Dan kien riżulutat ta’ atteġġjament ta’ poltiċi li ma kinux baqgħu qrib in-nies. Dan kien atteġġjament ta’ politika tas-solotti.
Meta Lawrene Gonzi kien segretarju ġenerali kien ħareġ dokument ta’ strateġija msejjaħ “xikba ta’ komunikazzjoni”. L-iskop kien tajjeb iżda l-kankru tal-arroganza kien daħħal ġmielu l-ġewwa. Illum qed jiġrilu hekk il-Lejber, iżda l-Lejber għadu customer care u propaganda b’saħħitha u fuq kollox qed isib oppożizzjoni dgħajfa. B’hekk dan qed iżomm lil dan il-gvern għaddej b’saħħtu. Fil-PN, il-customer care kienet bdiet titlef il-valur tagħha. Minkejja li l-valur kellu jkun il-bniedem, ma kienx hemm min kien qed jagħti valur lill-element uman.
Maż-żmien, l-elitisti ta’ madwar min kien kap bdew jagħtu l-pariri biex il-PN isir aktar partit liberali ħalli jirbaħ bħal Joseph Muscat. Dawn il-pariri bdew isiru aktar b’saħħithom, aktar u aktar meta beda jirbaħ Joseph Muscat. U l-kapijiet bdew jieħdu dawn il-pariri u minflok il-PN beda jerbaħ, beda aktar inqas u jitlef elezzjonijiet.
Il-problema vera għall-PN meta kien fil-gvern ma kienetx li ma kienx liberali iżda li ma baqax partit politiku jattira n nies. Dan għaliex meta n-nies kienu jmorru biex jinqdew kienu jsibu l-bibien magħluqa. Funzjonarji għolja taċ-ċivil kienu jagħtu pariri mod lil Gonzi u meta leħaq Muscat, bdew jagħtuh pariri bil-kontra.
Hawn ser insemmi każ wieħed biss. Hawn ser insemmi l-famuża Planning Authority li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala l-MEPA. Mostru li ħoloq gvern Nazzjonalista fuq intenzjonijiet tajba. Il-MEPA kienet spċċat tgħid le għal kull talba u meta kien elett Muscat l-istess talbiet li kienu ingħataw “le” fi żmien il-gvern Nazzjonalista, bdew jinbidlu fi tweġiba pożitiva. Hemm il-poplu beda jara d-differenza u atteġġjament aktar pożittiv milli kien qed juri l-PN fil-gvern. Dan qed ngħidu biex nagħti eżempju wieħed biss.
Maż-żmien, dan l-atteġġjament aggressiv u arroganti minn ċertu elitisti fi ħdan il-partit wassal li dawn komplew jemmnu li huma għandhom standing speċjali fis-soċjeta’ Maltija “above average” u bdew jaraw aktar lin-nies qieshom ma huma xejn. Spiċċaw saħansitra jsaħħnu rewwixta kontra kap elett mill-istess tesserati. Kien hemm min deherlu li Adrain Delia ma kienx kap denju għall-PN u fost l-oħrajn għaliex l-istess media “woke” bdiet issaħħan l-argument li dan Delia kellu kwardarobba mimlija skeletri.
Dan l-elitiżmu ta’ ċertu nies fisser li huma kellhom id-dritt li jiġġudikaw u jbiddlu d-deċiżjoni tat-tesserati. Beda jinħoloq ċertu antagoniżmu u mibgħeda. Dan wassal għall-gwerra ċivilli fi ħdan il-PN. Dan l-atteġġjament negattiv kompla jixhed kemm fil-PN kien hemm mibgħeda fih. Hawn il-valuri umani u nsara kienu saru irrelevanti. Għall-poplu b’mod ġenerali dak li l-PN “stood for” kien il-partit tal-mibgħeda.
Illum ħadd ma jista’ jinsa dik il-mixja ta’ numru ta’ deputati tal-PN li marru għand il-President ta’ Malta biex jaħtru kap ġdid. Kulħadd seta’ kellu raġun meta kien qed jieħu sehem f’din r-rewwixta interna iżda jekk dak in-nhar kien hemm min emmen li qiegħed jagħmel gwerra qaddisa, illum il-poplu kollu jaf li kull akkuża fil-konfront ta’ Adrian Delia sfumat fix-xejn u ma kien hemm xejn minn dak li kien qed jiġi akkużat bih.
Illum Bernard Grech irid jew ma jridx qiegħed iġorr dan il-piż ta’ realtajiet tal-imgħoddi ikrah kollha fuqu. Illum min qiegħed idur fuq Bernard Bernard Grech u jgħidlu ‘kun kap aħjar’ qiegħed jgħidlu hekk biex jwarrbu bħal ma kienu warrbu lil Adrian Delia. Illum min jgħid li ħadd ma jrid jirrepeti dak li sar fi żmien Adrian Delia, fl-istess waqt irid jagħmel l-istess imma b’mod differenti.
Dik il-mibgħeda li kien hemm lejn Adrian Delia issa qegħda hemm lejn Bernard Grech. Id-differenza hi li Grech kien jaf f’liema għalqa dieħel jaħdem fiha!