Persuna fil-periklu tal-mewt wara li ħa overdose ta’ Kokaina: każ ieħor li jkompli jagħti raġun lill-Maġistrat Mifsud

Bħalissa hemm raġel ta’ 47 sena l-isptar Mater Dei jiġġieled għall-ħajtu. Dan ir-raġel ddaħħal l-isptar b’overdose ta’ kokaina. Minn informazzjoni li ġiet għand dan is-sit, fl-isptar qegħdin jagħmlu minn kollox biex isalvawh. Ninsab infurmat li nfetħet inkjesta. Imma wieħed jiskanta is-skiet tal-media fuq dan is-suġġett.

Inċidentalment dan il-każ seħħ wara li lbieraħ kellna dak il-verbal b’saħħtu mill-Maġistrat Joe Mifsud. Infakkar li kien hemm min ma ħax gost bih fosthom esponent għoli tar-Repubblichini,

Fl-aħħar anki l-arċisqof tkellem u uża l-istess argumenti tal-Maġistrat Joe Mifsud, imma żied jgħid li t-traffikanti jridu jagħtu kont lil Alla għall-ħsara li qegħdin jagħmlu.

X’ser jgħidu issa r-Repubblichini? Ser jgħidu li l-arċisqof qiegħed jinfluwenza l-andament ta’ kawża kif akkużaw bil-Maġistrat Mifsud?

L-istorja hija l-ikbar għalliema. Dawn l-istejjer ikomplu jagħtu raġun lil Fr. David Muscat. Bħal profeti tat-Testment il-Qadim u l-Ġdid, l-qassisin il-kbar u rejiet ippruvaw jgħalqulhom ħalqhom kull meta tkellmu. Hekk ġralu Fr. David meta għamel referenza għall-każ ta’ Abner Aquilina f’konverżazzjoni li kellu ma’ persuna oħra. Id-droga kissret lil dan ir-raġel mentalment, iktar u iktar, għax biex jixtriha tqaħħab mal-irġiel.

Infakkar li meta Fr. Muscat qal dawn l-affarijiet fi kliem sempliċi ta’ gayyaġni, l-arċisqof Scicluna kien ħareġ kontra tiegħu biex jogħġob lir-Repubblichini u l-għaqdiet tal-LGBT. Kien saħansitrat hedded lil dan il-qassis b’sospensjoni jew skomunika. Fi kliem ieħor ried isallbu.

Issa qed inkomplu naraw l-effett ħażin ta’ ħafna minn dawn il-liġijiet liberali li l-arċisqof Scicluna kien kuntent bihom meta saru. Verament is-saying bl-Ingliż jgħodd f’dan il-kuntest li the chicken are coming home to roost.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *