Kumbinazzjoni l-kontribut ta’ Adrian Delia fl-interess Nazzjonali jintesa minn Manuel Delia
Minn osservatur politiku
Araw x’qalilna Manuel Delia fl-artiklu tiegħu ta’ nhar il-Ħadd li għadda:
“For the last 40 years, the position has been filled by cross-party consensus. Alfred Sant and Eddie Fenech Adami agreed on names. Joseph Muscat and Lawrence Gonzi agreed on names. Joseph Muscat and Simon Busuttil agreed on names”.
Il-memorja ta’ Manwel Delia ħaditu lura għal 40 sena. Sewwa li jkun pożittiv u jfakkar it-tajjeb li jkun sar fl-aħħar snin, imma li tikkwota minn erbgħin sena ilu u dak li sar erba’ snin ilu ma tiftakrux huwa eżempju ta’ ġurnaliżmu li ma tistax toqgħod fuqu.
Manuel Delia f’dan l-artiklu fis-Sunday Times faħħar lill-kapijiet jew mexxejja taż-żewġ partiti prinċipali li dejjem qablu bejniethom lil min jappuntaw bħala Ombudsman, imma lil Adrian Delia nesieh. Ovvjament, Manuel Delia ma hu qed jagħmel xejn ħażin għaliex l-Ombudsman preżenti ma ntgħażilx fi żmien Adrian Delia. B’hekk hu korrett li ma jsemmix lil Adrian Delia fl-istorja tal-għażliet tal-Ombudsman għaliex ma kienx hemm l-ebda għażla ta’ ombudsman fi żmien Adrian Delia. Imma Adrian Delia baqa’ miexi fuq dan l-ispirtu meta saret l-għażla tal-Kżar tal-etika li b’kumbinazzjoni jitqiegħed ritratt tiegħu biex jakkumpanja dan l-artiklu ta’ Manuel Delia. Imma hekk jaħdmu l-Woke. Is-selezzjoni tkun preċiża u korretta. Dan hu magħruf bħala relativiżmu storiku.
Infakkar li meta Adrian Delia qabel fuq l-għażla ta’ George Hyzler bħala ombudsman, Manuel Delia kien ħsiebu biex jgħajjar lil Adrian Delia ‘Trojan Horse’. Imma rridu nfakkru lil Manuel Delia u niftakru aħna stess li Adrian Delia kien kapaċi jsib pont mal-Partit Laburista fl-interess nazzjonali u kien irnexxielu jikkonvinċi lill-mexxej tal-Partit Laburista ta’ dak iż-żmien biex jaħtru lil George Hyzler bħala Kummissarju tal-iStandards fil-Ħajja Pubblika.
Mela dan hu artiklu ieħor minn ta’ Manuel Delia li verament iqallgħalek l-istonku. Ma jkunx faċli biex tifhem kif suppost ġurnalista li jikkonsidra lilu nnifsu indipendenti, ma jkunx kapaċi jikkwota l-verita’ kollha imma jkun lest li jispinja l-aħbar kif jaqbel lilu, biex joskura lil min irid hu.
Dak li jiġrilu ġurnalist meta jkun rabba għamad ma’ għajnejh u ikun lest li jdawwar il-verita’ jew joqgħod nieqes minnha. Manuel Delia ma kellux problemi biex ifaħħar lil Joseph Muscat f’dan l-artiklu tas-Sunday Times u jqiegħdu fuq l-istess livell ta’ Eddie Fenech Adami, Alfred Sant, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil talli kienu qablu bejniethom lil min jappuntaw bħala Ombudsman, imma mbagħad ma jsemmix lil Adrian Delia li kien ukoll qabel fuq għażla oħra. Imma dakinhar, Manuel Delia kien qed jgħajjar lil Adrian Delia Trojan Horse għax skont huwa u sħabu, Adrian Delia kien fil-but ta’ Joseph Muscat minħabba li kien qed juri kapaċita’ li jsib pont mal-Partit Laburista fl-interess nazzjonali.

Manwel Delia agenda wahda ghandu li jara l-PN fil-gvern u hu jkun f’pozizzjoni li jista jiddetta.
Kilba kbira ghal poter. U warrablu jekk ma tridx li jinsulentak.
Trid taqbel mieghu bilfors. Mhemmx tolleranza.
Dixxiplu ta DCG.
Dan hu l-istess bniedem li lil Profs Mercieca ghajru “menace to society”; li “there’s a special place in hell where Simon Mercieca will be alone” u li hu mean. Dawn kienu kollha unconscious and subconscious slips of the tongue tieghu dwar dak li suppost jikteb ghalih innifsu. Sur Delia, Hadd wara Hadd, tasal ta’ kulhadd. Il-verita’ dejjem tohrog u xi darba, meta tohrog il-verita’, kull min patpat fil-vojt billi jharbex erba’ kelmiet ghax minghalih li dak li jghid hu, hu tajjeb, u jaqa’ fir-redikolu billi joqghod jghajjar in-nies u jobzoq l-odju, kif kienet taghmel DCG u kif gieli jaghmel biha, li inti qbizt ghalih, ikollu jara kif jaghmel kif jistahba u jintesa mill-bqija tad-dinja.
*binha