Hija gidba li fir-River of Love isir xi tip ta’ ‘conversion therapy’.

Mill-Pastor Gordon John Manche

Nixtieq nibda din il-kitba tiegħi, għażiż qarrej u qarrejja, billi ngħidlek tħallix aktar lil min jiżżuffjetta bl-intelliġenza tiegħek. Jien u dawk kollha li jattendu r-River of Love xbajna nisimgħu li ġewwa r-River of Love isiru xi tipi ta’ terapiji. Dan hu gideb u xejn għajr minn gideb. Verament għarukaża li hawn min qed ixerred dan kollu.

Dak li hu nkwetanti huwa l-fatt li dan il-gideb mhux jingħad min-nies kwalinkwe, imma min-nies li għandhom responsabbilitajiet pubbliċi bħal Gaby Calleja u issa anki l-istess Segretarja Parlamentari tal-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg. Alla jilliberana minn politiċi li jibdlu d-dekasterju tagħhom f’wieħed ta’ dominanza fejn jiġu bbulljati d-drittijiet taċ-ċittadini komuni. Qatt ma hu aċċettabbli f’demokrazija li grupp żgħir ta’ nies jaħtfu pajjiż sħiħ taħt idejhom permezz tal-gideb, l-oddju u qerq sfrenat. Għarukaża għalihom!

  1. Ġewwa River of Love qatt u fl-ebda żmien ma saret xi tip ta’ terapija – jew saħansitra dak li huma jsejħu ‘conversion therapy’.
  2. Ħadd qatt li ġie, attenda, jew xi darba kien ġewwa River of Love għal xi żmien, kellu jew ingħata xi tip ta’ terapija jew ‘conversion therapy’.
  3. F’Malta ma kien hawn qatt u lanqas hawn issa xi ħadd li jagħmel jew jipprattika ‘conversion therapy’ għas-sempliċi raġuni li ‘l-conversion therapy’ ma teżistix u qatt ma kienet teżisti f’ebda rokna ġewwa Malta.
  4. Allavolja dan ilu jingħad li din ma ssirx, xorta hawn min għandu interess li jgħid li din qegħda issir mir-River of Love.
  5. River of Love hija knisja Kristjana Evanġelika Kariżmatika/Pentekostali li ma tipprattika l-ebda tip ta’ terapija! M’għandniex bżonnha u ma nemmnux fiha!
  6. Ġewwa River of Love dejjem kien u għal dejjem ser jibqa jiġi pprietkat l-Evanġelu ta’ Ġesu Kristu, Sultan u Sid li skont il-Bibbja u t-tagħlim SĦIĦ tal-Appostli – hekk imsejħa l-Epistoli (ie. It-Testment l-Ġdid inter).
  7. Hi x’inhi ‘l hekk insejħa ‘conversion therapy’, xorta m’għandniex x’nambuha, għax hija b’kull sens inferjuri ħdejn dak li jagħmel Ġesu fil-ħajja ta’ kull individwu li jersaq lejH b’qalbu sinċiera u għatxana għalih. Ġesu Kristu li nxandru u ħa nibqgħu nxandru huwa ĦAJ!
  8. Għall-Maltin u l-Għawdxin kollha ta’ rieda tajba, u dawk kollha li daqu minn kemm huwa tajjeb il-Mulej, jafu xi tfisser li jkollok inkontru ħaj ma’ Ġesu Kristu, Sultan Rebbieħ. Ħajtek tkun ittrasformata!
  9. Illum ħafna nies ta’ rieda tajba u integrita’ jafu li hemm aġenda qarrieqa liberali, militanti li qed tiġi pperpetwata minn xi wħud biex ikomplu jibbulljaw il-leħen ta’ Kristu u r-rwol tal-Knisja Tiegħu f’Malta. Tpaxxuhomx. Tħalluhomx ibellgħulkom iktar il-valenu tagħhom, waqt li qed jaħdmu biex iktar ikomplu jisirqulkom u jnaqqrulkom id-drittijiet tagħkom, naqra, naqra b’aljenazzjoni!
  10. Kull min jemmen fil-liberta’ tal-għażla u tal-espressjoni, illum jemmen li kulħadd għandu dritt sagrosant li b’ħajtu u bih innifsu, jagħmel li jrid, jgħix kif irid, jemmen li jrid u jfittex servizzi, għajnuna, reliġjon, filosofija, eċċ li jrid, hu jew hi min hi u ħadd ma għandu dritt iwaqqfu jew jindaħallu!
  11. Ħadd ma’ għandu dritt iwaqqaf lil xi ħadd milli jagħżel x’jemmen u x’jipprattika u kif jesprimi l-fehmiet tiegħu personali. Bil-Malti pur aħna ngħidu – tindaħalx! Dak li ma jridx wieħed, iridu l-ieħor, u dak li jogħġbu lil wieħed ma hux bilfors li jogħġob lill-ieħor.

Fl-aħħarnett, kulħadd għandu jirrispetta lill-proxxmu tiegħu u nkunu maturi li qabel ma’ ‘nillejbilja’ lil xi ħadd, ara li dak li smajt u qrajt humiex vera, għaliex il-gideb u l-ħażen u l-ħmieġ f’kull sfera tal-ħajja kiber ħafna u saħansitra ħataf parti kbira minn pajjiżna.

Jekk tħobb lil Alla, jekk tħobb lill-pajjiżek u lill-proxxmu u saħansitra tħobb lilek innifsek, tagħmilx dak li int ma tridx li jagħmlu lilek lill-ħaddieħor. Kun Integru u kun raġel u mara ta’ unur!

Missier Qaddis, f’isem Ġesu Kristu “Tiġi Saltnatek u jkun dak li trid Int, kif fis-sema u hekk ukoll fuq din l-art” ta’ Malta w Għawdex! Amen! (Mattew 6: 10.)

Barkiet.

6 thoughts on “Hija gidba li fir-River of Love isir xi tip ta’ ‘conversion therapy’.

  1. Artiku interessanti hafna, huwa minnu li ntqalu hafna cucati dwar River of Love u nimagina li hafna riedu jehduha kontra l-knisja imma peress li hemm ukoll hafna nies li jattendu il knisja, n-nies sabu knisja ohra izghar biex taparsi ma joffendu lil ‘hadd’. ‘A common enemy’. Imma l-ligi ta Malta ghal kulhadd taplika u l-ugwaljanza ghandha tiprotegi dejjem, mhux ma dawk ta gewwa biss!

  2. Dawn tal-woke u liberali jridu jkissru kull min ghalihom, ma jimxix mal-agendi taghhom. Basta “liberali”, u mbaghad johonquk u jkissruk. Jghattu l-hmieg tal-hbieb taghhom u jitfghuh fuq haddiehor. Attakkaw lil Fr David Muscat, lil Fr Luke Seguna, lill-kattolici u issa t-target gdid hu r-River of Love. Taqbel jew ma taqbilx mar-River of Love, mghandekx dritt timmalafama. Tmurx. Tattendix. Imma tifrixx odju u valenu. Rajna kif anki qed iwaqqghu ghac-cajt lil Kristu – ghax ghalihom, ma tistax tkun Kristjan u Kattoliku, it-tnejn differenti imma li t-tnejn ihaddnu lil Kristu. Qed naraw b’ghajnejna l-persekuzzjoni tal-Kristjani. U dan ghadu bidu. Missha tisthi l-media li tghawweg il-fatti biex tipprogramma l-imhuh tan-nies. Irid ikun sit bhal dan li jaghti artikli investigattivi, biex il-poplu mbaghad jasal ghall-konkluzjonijiet tieghu.

    1. Amen grazzi ghax bhalkom ma tantx baqa li ghandom mohhom miftuh u taraw xhinu jigri. L agenda qarrieqa mill bidu sa l ahhar. Dawn jahsbu li huma qed idawru dinja, bhal meta dawwar il mithna biex taffeg il qamha, hekk iridu jghamlu lill din il gzira, xi rid nghid? Li il poplu malti mhux kapaci jekk ma jkunx il Gvern ghalih, “ flok bil kontra”. Il gvern qieghed biex ikun ta spalla ghal poplu mhux jirkeb biss u jafgek lill kulhadd taht saqajh.
      Membri moderni falluti u skaduti qed imexxu l Malta 🇲🇹, u inkapaci , tal misthija.

      Sistema mxajtna moderna ta laburisti.

  3. I have been attending River of love for several years and there is no such thing as conversion therapy. It does not exist in our church. If people have the right to pursue a certain lifestyle and become gay why is it such a big deal if they want to become straight again and pursue the things of God.
    Why should anyone oppose them and attack their church and pastors and say all kinds of wicked things.
    Where is our freedom of speech? Or only a certain group have it???

  4. It would be offensive to God if any true Christian tries to do such things himself instead of letting the revelation of Jesus do it. And I’ve seen many not just Matthew come to Christ and be made into a new person just as it is written in the Holy Word of God. Personally, I was a blaspheming, thieving, drunken womanizer 24/7 watching porn who has been transformed by this miraculous revelation and the love of Christ. I can speak for me and my wife have attending River of Love for almost 12 years.
    I pray that the fear of God falls on all of us, in Jesus’ name. Amen.

  5. Irrid ngħid lil min qed jigdeb, li intom m’intomx teħduha kontra Matthew Grech imma kontra Alla nnifsu ta! Nitolbu għalikom, naħfrulkom imma intom itolbu maħfra lil Alla għal dawn il-qlajjiet mill-qiegħ tal-infern għax mà Alla m’hemmx ċajt. Iva Alla Hu mħabba imma Huwa Ġust ukoll! Ibzgħu minnU għax dan li jgħid:
    Tivvendikawx ruħkom b’idejkom, għeżież tiegħi, imma ħallu l-korla ta’ Alla tagħmel hi, għax hemm miktub: “Għalija l-vendetta, jiena nħallas, jgħid il-Mulej.”
    – RUMANI 12:19
    Jalla l-Mulej iberikkom u jiftħilkom għajnejkom biex tidħlu għal għandU.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *