Where your opinion counts

Ikomplu jiżdiedu l-ħaddiema barranin mhux mill-Unjoni Ewropea ġewwa pajjiżna

Minn osservatur politiku

Skond rapport preżentat il-Parlament fil-bidu tal-ġimgħa, kien pubblikat li n-numru ta’ ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea żdied b’għaxar darbiet. Fl-2011 kienu biss inqas minn 5,000 persuna minn diversi pajjiżi li kienu qed jaħdmu f’Malta. F’Awwissu tal-2022 dan in-numru tela’ għal 50,000. Din l-informazzjoni ħarġet permezz ta’ mistoqsija parlamentari fejn fiha l-Ministru tal-Finanzi u Xogħol qal li 52,664 kienu reġistrati f’pajjiżna biex jaħdmu f’Malta u Għawdex.

Mir-risposta wieħed jifhem li anke matul ix-xhur ta’ pandemija dan in-numru baqa’ jiżdied. Din hi l-politika li ħallewlna Joseph Muscat u Clyde Caruana. Qabel ma sar Ministru tal-Finanzi, Clyde Caruana kien imexxi l-Jobs+ u kien il-mutur wara l-influss ta’ ħaddiema barranin biex jistimula l-ekonomija.

Dak iż-żmien il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kien iwissi dwar din il-politika li timporta l-barranin mingħajr ma tieħu ħsieb jekk tiflaħx għalihom. Din l-importazzjoni ta’ ħaddiema baqgħet għaddejja u ma tawx każ tat-twissijiet li kien jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni. Għadda ż-żmien u l-istess Ministru, Clyde Caruana, kellu jammetti li dik il-politika ta’ importazzjoni ta’ ħaddiema ma baqgħetx tagħmel sens għax ħolqot ħafna problemi fil-pajjiż.

Imma l-Blue Heroes ma ridux jappoġjaw lil Adrian Delia fuq din. Minflok kienu jgħidu li Adrian Delia razzist. Issa għandna iżjed minn 50,000 barrani minn barra l-Unjoni Ewropea u ma nafux x’se nagħmlu bihom. U għal darb’oħra Adrian Delia kellu raġun u din id-darba fuq ammissjoni mill-istess ministru tal-gvern.

2 thoughts on “Ikomplu jiżdiedu l-ħaddiema barranin mhux mill-Unjoni Ewropea ġewwa pajjiżna

  1. Il-barranin jigu ghax hawn ix-xoghol. Kif jiqaslf ix-xogholl kollha josfru.
    In-nies jigru wara x-xoghol. Mhux kif kien jghid Delia qed imkabbru l-ekonomija bin-nies.
    Meta jkollok biss ekonomija li qed tikber jigu n-nies.
    X’tixtieq li ncekknu l-ekonomija meta ghandna momentum ekonomiku bhal dan?
    Jekk jitlaq ma jergax jigi malajr dan il- boom ekonomiku.

Leave a Reply to Raymond Gerada Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *