Kellu jkun gvern Lemini li jaqbad Mafjuż li kien ilu tletin sena maħrub ġewwa Sqallija
Minn qarrej ta’ dan il-blogg.
Kellu jkun gvern Lemini ġewwa l-Italja li taħtu nqabad il-Boss tal-Mafja fi Sqallija. Tgħid dan kollu kumbinazzjoni? Ma naħsibx!
Ilbieraħ smajna li ġo Sqallija, il-Carabinieri arrestaw lill Matteo Messina Denaro wara li kien ilu 30 sena imfittex. Dan Denaro instab u ġie arrestat ftit xhur wara li Meloni laħqet prim ministru. Meloni ġejja minn partit politiku Lemini. Infakkar li l-media tal-liberali u tal-Woke tgħajjar lil-Lemin bħala Faxxisti u biċċa waħda mal-mafja. Illum ħiereġ liema kienu l-gvernijiet fl-Italja biċċa waħda mal-mafja!
Ħafna kummentaturi u anki politiċi Ewropej kienu kkritikaw u kienu imħassbin għax ġol-Italja kien ġie elett gvern Lemini. Naħseb issa ħierġa l-verita’ għala dawn kienu mwerwrin minn gvern Lemini għaliex il-mafja kienet ser titlef is-support li kellha.
Tgħidli din x’relevanza għandha? Mela dan Denaro kien ilu 30 sena maħrub u mfittex. F’dawn is-snin, l-Italja dejjem kellha gvern Xellugi jew taċ-ċentru moderat. Taħt dawn il-gvernijiet, il-pulizija qatt ma irnexxilha issibu. Il-mistoqsija tiġi waħida. Għala? U hawn wieħed ma jistax ma jmurx lura fl-istorja tal-Italja. Fis-snin 30, taħt it-tmexxija ta’ Benito Mussolini, il-Faxxisti kien irnexxilhom irażżnu lill-mafja ġo l-Italja.
Kien wara l-gwerra li l-Mafja reġgħet saret b’saħħitha u dan kien minħabba l-politika Liberali li ġiet introdotta ġol-Italja mill-Amerikani. Kienu l-Amerikani li reġġgħu taw lill-Mafja s-saħħa ġewwa Sqallija, wara li kienu nqdew bis-servizzi tagħha ħalli l-armata Amerikana tinvadi Sqallija. Kienu talbu l-għajnuna tal-Mafjuż Lucky Luciano fi New York. Kienet saret laqgħa miegħu fejn kien intalab biex il-Mafja tgħin lill-Amerikani jirbħu Sqallija fil-Operation Husky. Din kienet taħt it-tmexxija ta’ George Patton. Min-naħa tagħhom, l-Ingliżi kienu mmexxija minn Montgomery.
L-Amerikani kienu talbu lil Lucky Luciano biex il-Mafja Siciljana twaqqaf lill-Ġermaniżi milli jeqirdu t-triq li minn Palermo twassal għall-Messina. L-Amerikani kienu wegħdu lil Lucky Luciano li jekk jgħinhom, ituh li jrid. Bħal ma’ kien ġara mal-partiġjani u dawk involuti fir-resistenza, il-Mafja kienu ġew provduti bl-armamenti. Wara l-gwerra, Lucky Luciano mar iħabbat għand l-Amerikani għall-premju talli għinhom. Hu talabhom li jieħu t-tmexxija tal-kunsilli lokali (Sindaco) tal-ibliet u l-irħula kollha ġo Sqallija u f’partijiet oħra tal-Italja, speċjalment tan-naħa t’isfel lejn Calabria. Dan kollu wassal biex jinbeda r-raġunar li l-Mafia tfur ġol-Italja taħt gvernijiet Liberali u tbati taħt tmexxija tal-Lemin.
Il-politika tal-Lemin hi deskritta mil-Liberali li hi politika vjolenti u aggressiva. Probabbli iva. Imma aggressiva lejn il-kriminalita’ organizzata!
Sliem.