Robert Abela qed juża l-kawża tal-abort biex jeħles minn Chris Fearne
Minn Edwin Vassallo
Ħasra li l-kwistjoni tal-abort spiċċat ballun politiku. Dak li jrid jingħad li għandna l-gvern tal-Lejber li jrid li t-tarbija fil-ġuf tħallas il-prezz biex Chris Fearne jispiċċa Kummissarju Ewropew akkost ta’ kollox.
Imma dik hija l-politika. Fil-politika ġurnata tibda bil-bnazzi u tispiċċa bil-maltemp bla ma tkun taf kif. Il-Lejber kien qed jgħix fil-bnazzi u kif ħareġ bil-proposta tal-abort, ħalli Fearne ikollu x’juri biex isir Kummissarju Ewropew, spiċċa f’maltempata li għadha sejra. Jekk il-Lejber ma joqgħodx attent ser jkollu jġarrab il-ħsara tar-riżultat ta’ din il-maltempata.
Għalhekk il-PN irid joqgħod ukoll attent u ma jħallix konflitti interni jservu ta’ forċina, kif ġara fil-passat, biex jirkeb fuqhom dan il-gvern korrott. Il-PN ma jistax jħalli l-immaġni tiegħu titkaxkar mill-interessi tal-liberali li ħlief flus ma jarawx.
Wieħed irid jiftrakar li din il-proposta tal-abort ħarġet lill-PN mill-maltempata li kien jinsab fiha. Beda jara l-bnazzi. Il-Lejber ser jipprova juża’ l-logħba tal-imgħoddi biex bil-kwistjoni tal-abort jaqsam lill-Partit Nazzjonalista ħalli jgħatti l-veru mottiv għala jrid din l-emenda. Il-Lejber jaqbillu li l-kwistjoni tal-abort tispiċċa ballun politiku.
Hu fatt magħruf, li Robert Abela jrid jeħles minn Fearne. U fuq dan ser inkompli nikteb. Kien dan is-sit qabel kulħadd li kixef il-pjan ta’ Robert Abela li jibgħat lil Chris Fearne Kummissarju Ewropew wara l-elezzjonijiet Ewropej. Niftakar kont qrajtha fuq dan is-sit ġimgħat jekk mhux xhur qabel l-elezzjoni li għaddiet.
Issa l-elezzjonijiet parlamentari Ewropej jinsabu fil-qrib. Għalhekk il-Lejber għandu bżonn l-abort. Il-qtil tat-tarbija fil-ġuf ser ikollu jagħmel tajjeb biex Fearne ikun jista’ jkun aċċettat bħala Kummissarju għall-Ewropa għas-saħħa bla problemi ta’ xejn.
Robert Abela ma jistax jaffordja jibgħat lil Fearne biex ikun Kummissarju Ewropew bla ma jgħid li kien hu l-uniku ministru li rnexxielu jdaħħal l-abort fl-uniku pajjiż li għadu bla abort fl-Ewropa.
Araw x’kontradizzjoni qed ngħixu f’pajjiżna. Robert Abela irid jgħid lilna, hawn Malta, li din il-liġi mhix abortiva iżda fl-istess waqt, Robert Abela irid li Fearne imur fl-Ewropa u jgħid li dan il-ministru daħħal l-abort f’Malta.
Għalhekk, il-gvern issa qiegħed f’paniku għaliex mhux kulħadd fil-Lejber qiegħed wara din l-emenda. Għalhekk ħadd fil-Partit Nazzjonalista ma għandu bl-ebda mod ikun ta’ għajnuna lil dan il-gvern biex jgħaddi din l-emenda ħalli jidher sabiħ ma’ min hu favur l-abort fl-Ewropa.
Meta Fearne jersaq għall-grilling, ikun jista’ jgħid li daħħal l-abort filwaqt li f’pajjiżna jkun jista’ jgħid li dan mhux abort. Għalhekk qatt ma jista’ jkollok partitarji jew deputati fil-Partit Nazzjonalista li jimbuttaw l-aġenda abortiva ta’ dan il-gvern. Meta jimbuttaw din l-aġenda, din il-kontradizzjoni qatt ma tista’ toħroġ fil-beraħ.
Il-prezz biex Fearne jilħaq kummissarju tal-EU ser ikun qed jitħallas bil-qtil tat-trabi fil-ġuf. Għalhekk nibqa’ ninsisti li ħadd fil-Partit Nazzjonalista ma għandu jkun kompliċi f’dan l-imbrolju politiku li jrid jagħmel Robert Abela ġewwa pajjiżna.
Dan huwa l-mod ta’ kif l-abort spiċċa ballun politiku f’saqajn ta’ politiċi li kull ma jimpurtahom huwa kif jaslu imma mbagħad ma jimpurtahomx mill-mod ta’ kif jistgħu jaslu.
Fearne ma ghandux bzonn l abort biex isir kummissarju ewropew ghalkemm drajna b Metsola tivvota kontra l abort u kif lahqet President tal parlament ewropew saret favur l abort..kulhadd idur dawra durella…bhal fredu kontra EU kif gie cans sar MEP jiekol mill I’d li ried maqtugha…
Bhalma lahaq Tonio Borg jista jilhaq Fearne minghajr ma jaqa fir redikolu ta Helena Dalli ( tghid ghalhekk Robert Abela l hin kollu isemmi l 1000 propsta?) Ghax bhala sahha ghandna l aqwa rizultat inkluz zero maternal deaths….u bhala finanzi ma ghandniex bzonn dak it tip ta business….
Cisan. Zero chance id-dahhal xi felez fejn ma emmx xaqq.