In-nies ta’ Metsola irrabbjati għal Bernard Grech għax iqisu li l-pożizzjoni tiegħu fuq l-abort bħala waħda ta’ konvenjenza u mhux ta’ konvinzjoni
In-nies u l-partitarji ta’ Roberta Metsola qed jakkużaw lil Bernard Grech li qed juża l-abort bħala ballun politiku. Dan qed jgħiduh wara li Bernard Grech ħabbar li għada l-Ħadd ser jagħmel laqgħa ġewwa Lukanda ewlenija fil-Furjana favur il-ħajja. In-nies u s-supporters ta’ Metsola jqisu din il-laqgħa bħala attivita’ politika maħsuba biex iddgħajjef lil Roberta Metsola mal-elettorat Nazzjonalista.

Fuq kollox, is-supporters ta’ Metsola qed jakkużaw lil Bernard Grech b’volte-face għaliex Bernard Grech kien mitqies liberali bħal Metsola fil-Partit Nazzjonalista. B’hekk qed jaraw din il-kampanja mill-amministrazzjoni preżenti bħala waħda hux ta’ konvinzjoni imma ta’ opportuniżmu politiku. Huma qed isostnu li Bernard Grech qed jieħu din il-pożizzjoni għall-konvenjenza biex jipprova jdgħajjef il-pożizzjoni ta’ Roberta Metsola fi ħdan il-Partit Nazzjonalista wara li din tal-aħħar ħarġet li hija favur l-abort.
Fi kliem ieħor, in-nies ta’ Roberta Metsola bdew jaraw f’din il-pożizzjoni li qed tieħu l-ammistrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fuq din l-emenda bħala parti minn pjan aktar wiesa’ biex tkun oskurata Metsola minħabba d-dikjarazzjoni li kienet għamlet fil-kariga li għandha fl-U.E. B’hekk, in-nies ta’ madwar Bernard Grech iridu issa jużaw l-abort biex idgħajfu lil Metsola, aktar milli għax ma jemmnux fih. Dan is-sit jista’ jiżvela li wieħed minn dawk li qed jagħti pariri lil Bernard Grech bħalissa huwa Fr. Joe Borg. Dan sa ftit ilu kien jippritka kontra kampanji kontra l-abort. F’daqqa waħda, anki huwa għamel volte-face fuq din il-kwistjoni u sar favur il-protesti favur l-abort.
In-nies ta’ Metsola qed ifakkru fuq il-pożizzjonijiet liberali li Bernard Grech kien ħa fil-passat u fosthom qed isemmu dik dwar il-kannabis.
Imma xi jfisser dan il-konflitt intern fil-PN? Dan ifisser li l-kunflitt bejn il-liberali u l-konservattivi issa qed juri snienu. Imma dawn ix-xenati ma jwasslu mkien. Għalhekk għandu raġun Edwin Vassallo li qed jikteb fuq dan is-sit u jargumenta dwar il-bżonn tal-konvinzjoni fil-Partit Nazzjonalista kontra l-abort. Għalhekk jien qed nippubblika l-artikli tiegħu fuq dan is-sit għaliex Edwin Vassallo kien u għadu leħen li qed juri li l-konvenjenza fil-politika ma twassal għall-imkien. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista jrid jkun xhieda ta’ konvinzjoni fl-argumenti tiegħu kontra l-abort u mhux ta’ konvenjenza għall-voti jew biex xi grupp fil-PN jieħu s-soppravent fuq xi grupp ieħor.
Jekk il-PN irid juri li huwa tassew favur il-ħajja, ma jistax jibqa’ jkun lest li jibdel il-pożizzjoni tiegħu skond il-konvenjenza tal-voti jew imħabba piki politiċi interni.
Illum ftit għad baqa’ min jemmen li fil-politika jeħtieġ li jkollok ir-riga tas-sewwa. Ftit għad baqa’ min jemmen fil-ħtieġa tal-valuri fil-politika. Imma n-nies hemm barra qed ifittxu l-valuri. In-nies hemm barra jridu gvern alternattiv għal dak ta’ Robert Abela. Imma dan mhux qed isibuh fil-PN għaliex dan il-partit qed jidher f’għajnejhom ta’ konvenjenza aktar milli ta’ konvinzjoni.
X’ħa l-Partit Nazzjonalista minn din il-politika ta’ bla valuri tiegħu? Dak li aħna qed nieħdu huwa li qed naraw lill-pajjiżna jkompli jiftaqar għaliex ma għandux oppożizzjoni b’saħħitha. Qed naraw il-klassi l-medja tkompli tiftaqar u l-interessi fuq id-dejn nazzjonali llum leħaq l-istat record ta’ 53% tal-GDP. Mhux bil-fors li pajjiżna ser jidħol f’reċessjoni. Ma tridx tkun fl-ekonomija biex tinduna b’dan. U din ġa bdiet tinħass.
Dan kollu qed iġib chaos. Araw f’liema chaos jinsabu fih il-kbarat tal-PN. Hawn qed nirreferi għal dawk il-kbarat li maż-żmien ċaħdu l-valuri Demokristjani ta’ dan il-partit għall-konvenjenza politika. Dawn ġabu lill-PN irrelevanti. Imma mhux l-istess jista’ jingħad għall-bwiethom!
Issa kif jgħid il-Malti waqt il-prova kollox. Jekk il-PN huwa favur il-ħajja llum irid jibqa’ favur il-ħajja dejjem. Ma jistax iħalli lill-karriristi tiegħu ikissru l-valuri tiegħu. Jekk jieħu żelqa oħra ma jqumx minnha.
Il-poplu tagħna qed jistenna l-awtentiċita’, l-impenn u mhux aktar dehra bla sustanza ta’ xejn. Jekk il-PN ikun awtentiku, jerbaħ lill-Partit Laburista. Jekk ikun bħalu, allura ser ikompli jitlef. Dan kont ġa għidtu jien personalment lill-Partit Nazzjonalista fl-2013 fl-aħħar rapport li dan il-partit kien għamel biex janalizza telfa elettorali.
Għalhekk il-Lejber irid l-abort. Il-Lejber irid li t-tarbija fil-ġuf tispiċċa ballun politiku għaliex f’din il-logħba hu jaf li jista’ jerbaħ u mhux il-PN. Fuq din il-logħba, hu jaf li jista’ jaqsam lill-PN. Fl-istess waqt, il-Lejber qed jilgħab bil-kliem biex jikkrea l-perċezzjoni li l-PN huwa favur jew kontra l-abort skond kif jaqbillu.
L-amministrazzjoni u l-karriristi tal-PN iridu jaraw li ma jħallux li din il-perċezzjoni tkompli ssir realta’.
Jahasra kif qed nithawad naqra min kien favur u sar kontra, u min kien kontra u sar vavur. min kien ma min u mar ma hadihor, min kien ma hadihor u mar ma min.