Adrian Delia jikkundanna l-iżvilupp propost fuq Kemmuna u jitlob biex l-Awtorita’ tal-iżvilupp tiċħad dan il-permess
Anki jekk l-iżvilupp fuq Kemmuna qed isir minn kumpanija li hija mitqiesha bħala qrib il-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia xorta ħareġ jitkellem kontra dan l-iżvilupp. Dan l-iżvilupp ser iġib sfregu fuq din il-ġżira żgħira fil-fliegu bejn Malti u Għawdex. Infakkar li kien dan is-sit li tkellem għall-ewwel darba dwar dan l-iżvilupp li Adrian Delia qed jiddeskrivih bħala over development u qed jitlob biex il-permess ikun miċħud. Dan hu l-kumment li tella’ Adrian Delia fuq dan is-suġġett fuq il-Facebook page tiegħu:

it tajjeb dejjem jibqa tajjeb
il hazin dejjem jibqa hazin
jaghmlu minn jaghmlu
Prosit Dr Delia