‘Għax kien hemm mexxej li pprova jiġġieled din il-mentalita’ tal-woke fil-PN… il-ġurnalisti li jriduha tar-rule of law… ħadmu biex itajruh’.

Minn Edwin Vassallo

Il-qarnita ddur għas-swaba’ tagħha. Hekk qed jiġrilu issa l-Partit Laburista minħabba l-politika liberali li qed iħaddan. Il-politika liberali hija toxic u ssir aktar toxic meta din tiġi mħaddma minn partit li jiftaħar li hu soċjalista. Il-politika liberali qed twassal biex il-klassi medja tiftaqar u l-ftit isiru aktar sinjuri. U dan kollu qed iseħħ meta fil-pajjiż għandna gvern li jiftaħar li hu xellugi.

Bil-kelma toxic, wieħed jifhem li l-politika liberali hija valenuża u kapaċi biss biex toħloq soċjeta’ egoista u li ġġib lill-bniedem paljazza f’idejn l-alla tal-flus. Din il-politika dehret qed tirbaħ fil-Labour, iżda issa kif jgħid il-Malti, “ix-xitan l-ewwel jagħmik u wara jdoqq it-trumbetta bik”. Issa wasalna fil-mument li x-xitan idoqq it-trumbetta b’min jilgħab xortih miegħu. Mhux ta’ b’xejn li l-papa nnifsu ma ddejjaqx isemmi lix-xitan fid-diskors li għamel lill-kardinali fl-okkazzjoni tal-awguri tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena.

U dak li qal il-papa dwar kif ix-xitan jagħmi lin-nies, jgħodd għall-pajjiżna. Dan hu pajjiż li x-xitan għamih b’din il-politika liberali tal-woke. Ix-xitan għama lill-ġurnalisti tagħna b’din il-politika tal-woke, Il-politika tal-woke ħakmet ukoll l-imħuħ tal-aħħar amministrazzjonijiet tal-PN. U għax kien hemm mexxej li pprova jiġġieled din il-mentalita’ tal-woke fil-PN, u hawn qed ngħid ċar għal Adrian Delia, il-ġurnalisti li jriduha tar-rule of law u flimkien ma’ dawk tal-Knisja, ħadmu biex itajruh.

Issa kulħadd qed jitkellem dwar kif il-Labour hu maqsum. Il-Lejber qed jiġrilu bħal PN. Anki lil-Lejber ix-xitan irnexxilu jagħmi. Dan għaliex l-ideoloġija tal-woke issa qed taqsam lil dan il-partit. Għaliex kull partit li jħaddan din l-ideoloġija jinqasam. Mela issa din l-ideoloġija qed taqsam lill-Lejber kif ser taqsam ukoll lill-Knisja jew mhux ukoll diġa’ qasmitha.

U jekk hemm bżonn ta’ eżempju kif ix-xitan jagħmik, l-ikbar eżempju huwa l-emenda tal-abort. Din hija mnissla minn gidba biex takkomoda din l-aġenda tal-woke. Hija emenda frott il-qerq u l-ingann. Issa din l-emenda qed taqsam lil-Labour. Issa ħareġ ċar mix-xhieda fil-qorti li Robert Abela kien qed jigdeb meta qal li Andrea Prudente kienet fil-periklu tal-mewt. Mela għandna Prim Ministru li minflok iddefenda lit-tobba Maltin, ipprefera jiddefendi koppja Amerikana li qed tagħmel kawża biex tisloħ flus mingħand il-poplu Malti għaliex qalet li t-tobba ma ħadux ħsiebha. Issa ħareġ ċar fil-qorti li din il-koppja gidbet meta tkellmet kif tkellmet mal-ġurnalisti barranin dwar is-saħħa ġewwa pajjiżna. Fuq kollox, issa nafu li din il-mara qatt ma kienet fil-periklu tal-mewt.

Issa Chris Ferne beda jara kif jgħid li ser jemenda l-proposta tal-liġi li sal-vot tat-tieni qari, dan l-istess Gvern kien qed jiddefendi din l-emenda li issa ser jipprova jbiddel. Iżda l-verita’ ma tistax tibqa’ titwarrab bl-ingann u l-qerq. Il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser. U issa nkissret.

Mela l-PN irid joqgħod attent u ma jkunx kontra l-abort għall-konvenjenza iżda b’konvinzjoni. Għaliex din il-liġi ser tgħaddi iżda l-gwerra ser tkompli u ser tiħrahx aktar wara li dak li qed jitkellem fuqu Fearne isir liġi.

Minflok qed naraw kif f’dan il-pajjiż nagħmlu politika li tagħraf u tissaħħaħ id-dinjita’ umana, fejn insaħħu l-valur tas-solidarjeta’ u noħolmu u naħdmu kif nagħmlu minn ħajjet il-poplu tagħna avventura sabiħa, minflok qed nibnu l-kultura tagħna fuq l-egoiżmu, fuq l-iżolament, fejn is-sens soċjali qed jintilef u tikber l-isfiduċja ta’ ġenerazzjoni ġdida f’pajjiżna stess.

Tal-mistħija li l-establishment politiku ta’ dan il-pajjiż fix wassal lill-pajjiżna biex erbgħa minn nies jibqgħu jaħilbu mill-baqra li jisimha “gvern”. Din hija s sitwazzjoni distastruża li gvern arroganti ġab lill-pajjiżna fiha.

One thought on “‘Għax kien hemm mexxej li pprova jiġġieled din il-mentalita’ tal-woke fil-PN… il-ġurnalisti li jriduha tar-rule of law… ħadmu biex itajruh’.

  1. L-ewwel net xi tfisser il-kelma ‘woke’. Xi kultura, gejja minn wake up boys,…ma sibthiex fid-dizzjunarju.
    It-tieni:jien ikkritikat lil PN li jekk ma jiddikkjarahiex li jekk jitla hu fil-gvern dawn l-emendi inehhijhom Fl-ewwel 3 xhur tal-governanza tieghu, dan ikun qed jaccettahom bhal min qed jintroducijhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *