Stabile: “Taf x’għandek tagħmel”
Minn Esponent Legali
Il-Malta Today ilbieraħ tagħtna rapport iddettaljat dwar ix-xhieda fil-qrati mit-tobba li kienu qed jieħdu ħsieb lil Andrea Prudente. F’din ix-xhieda ħareġ ċar li fl-opinjoni esperta tagħhom il-ħajja ta’ Prudente qatt ma kienet f’periklu, u jekk xejn, bl-evidenza li ġabu fil-qorti wrew kemm kienu qed iżommu għajnejhom fuqha u jagħtuha l-aqwa trattament. Tassew, l-ispeċjalisti urew b’liema serjetà u professjonalità jingħata s-servizz tas-saħħa f’pajjiżna. Fatt li għandna nkunu grati għalih u m’għandna nħallu lil ħadd jipprova jżeblaħna biex mingħalih jgħatti xturu. L-agħar huwa li għandna ġurnalisti li qed jiddefendu koppja Amerikana li marret tgħajjar is-servizz mediku tagħna barra minn xtutna.
Fit-testimonjanza tiegħu, is-sur Alberto Vella issapona li r-raġunijiet veri għalfejn l-koppja xtaqet tittermina t-tqala ma kienux marbutin ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa iżda l-potenzjal li peress li huma kienu Amerikani u allura ma kienux intitolati għal servizz tas-saħħa b’xejn f’pajjiżna kienu ser jispiċċaw jkollhom iħallsu somom sostanzjali għall-kura – kura li kieku baqgħet tingħata, setgħet sarrfet fit-twelid tat-tarbija tagħhom.
“I believe she had a conflict,” Vella said. “She’s not young, her waters broke… these things happen at a shocking cost if done privately. Then there is the risk of a premature baby which requires incubation treatment at a special unit, at a huge running cost.”
Hawn wieħed jista’ jifhem taħt liema pressjoni din il-koppja setgħet sabet ruħha fiha – però, ejja ma ninsewx li dan kollu kien kawża ta’ azzjoni li jekk ma rridux insejħulha b’mod ċar u tond irresponsabbli, m’hemmx dubju li kienet waħda żbaljata. X’ġiet tagħmel vaganza f’pajjiż daqstant ‘il bogħod minn pajjiżha meta kienet tinsab tqila sew u kif qal is-sur Vella, meta m’għadiex żgħira? Fuq kollox, wieħed irid jgħid li dawn kienu għamlu wkoll polza ta’ sigurita’.
Dan is-sit semma aktar minn darba, li l-vera raġuni qatt ma’ kienet marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa iżda probabbilment ma’ pressjoni li setgħu tefgħu fuq il-koppja l-assigurazzjoni tagħha.
Mentri l-media kollha l-oħra, fl-għama biex jiddaħħal l-abort f’pajjiżna, esaġerat kemm felħet il-periklu li Prudente kienet qed tiffaċċja – dan is-sit kien qed isostni mill-bidu – li din qatt ma kienet ir-raġuni ewlenija.
F’dinja fejn il-profitti jiġu qabel il-bniedem, it-triq ‘il quddiem tkun dik li jinqatgħu il-kantunieri. Mhix improbabbli li l-assigurazzjoni tagħha għamlet pressjoni sabiex hi tnaqqas l-ispejjeż, mhux lanqas billi tittermina t-tqala u li għalihom jekk dan ma setax iseħħ Malta, allura kellu jsir band’oħra mill-aktar fis, u għalhekk jkunu jistgħu jissetiljaw il-claim b’lanqas spiża possibbli. Hemm iċ-ċans ukoll, u għandna kull dritt nispekulaw li jekk l-assiguranzjoni tagħha ħasset li d-deċiżjonijiet tagħha kienu irreponsabbli – jiġifieri dak li għidna li għażlet li tmur vaganza, tant ‘il bogħod fil-kundizzjoni tagħha – li l-kumpanija tal-assigurazzjoni tagħha hedditha li ma tħallas xejn u għalhekk l-ispejjeż kollha kien ikollha tagħmilhom il-koppja.
Però, għalija l-aktar parti tax-xhieda li kienet tassew xokkanti, u li l-midja liberali minkejja li rraportatu b’mod fidil ma waqfitx biex tirrifletti fuqha kienet dak li stqarret il-profs Yves Muscat Baron – meta taħt ġurament qal, u ser nikkwota verbatim mir-rapport tal-Malta Today:
“Mr Alberto Vella, the consultant treating Prudente, said he was “worried, because he had been contacted by Prof. Isabel Stabile, who had told him that the patient was potentially in danger, and had told him that ‘you know what you should do.’”
“He [Vella] appeared uncomfortable so I convened a case conference with two other specialists, to discuss the case and the file. We decided that the management was the same as we had been doing for the past 35-40 years, without incident.”
Din l-istqarrija ta’ min ifakkar ma merihiex is-sur Alberto Vella meta kien imiss lilu jwieġeb il-mistoqsiet. Wieħed issa jistenna li l-imħallfa Hayman tieħu konjizzjoni ta’ din l-istqarrija ta’ Stabile u tordna l-kummissarju tal-pulizija biex jinvestigaha u l-uffiċju tal-avukat ġenerali jieħu l-passi neċessarji dwarha.
Min taħseb li hi Prof. Isabel Stabile, li kulħadd jaf li hija fundamentalista favur l-abort, biex tikkomunika mas-sur Alberto Vella, mingħajr ħadd ma staqsiha għall-parir tagħha, sabiex titfa’ pressjoni fuqu u tgħidlu li ‘taf x’għandek tagħmel’? X’interess kellha Stabile li tikkuntattja lil Vella u kif din il-koppja Amerikana saret taf bi Stabile u sħabha?
U x’kellu jagħmel eżatt skont il-profs Stabile? Hija ċara hawn, li l-profs Stabile kienet qed tagħmel pressjoni fuq is-sur Vella biex jittermina t-tqala. Li kieku ma kienx hekk – għalfejn kellu s-sur Vella jkun “worried” – u għalfejn tlaqqa’ l-management, li eventwalment minkejja l-‘parir’ ta’ Stabile ddeċieda li jkompli jagħti l-kura?
Nerġa’ ngħid min taħseb li hi din Stabile sabiex tagħmel pressjoni fuq tobba ġewwa l-isptar?
U kif f’pajjiż fejn s’issa l-liġi għadha tgħid li jekk wieħed jinċita sabiex iseħħ l-abort, huwa għandu jinżamm kriminalment responsabbli, ma jsir xejn rigward stqarrija daqshekk skjetta?
Kif il-media kollha dan ma kellhiex kumment x’tagħmel fuq din it-testimonjanza xokkanti? Kif ħadd ma telaq jiġri biex tinfetaħ investigazzjoni?
Din hja l-impunità li wieħed bir-raġun ikollu jitħasseb dwarha – x’iġifieri ma jixluhiex lil Stabile wara testimonjanza bħal din? X’jiswew il-liġijiet tagħna meta jinkisru bl-aktar mod ovju u ħadd ma jagħmel xejn? X’iġifieri għandna gvern li telaq jiġri biex iressaq emendi sabiex litteralment jiddaħħal l-abort, mingħajr mandat politiku u wisq anqas dritt kostituzzjonali, bl-iskużi ta’ dan il-każ li fih aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar ser juri kemm it-tobba kellhom raġun?
X’inhi din l-għaġġla? X’hemm wara kollox?
Mertu għat-tobba li ma ċedewx għall-pressjoni ta’ Stabile u komplew jaġixxu b’mod etiku kontra pjan maħmuġ. Fejnhom tar-rule of law f’dan kollu?
Kellu bżonn il-poplu jsegwi l-eżempju tagħhom u ma jħallix lil min jitmejjel bih.
Fejn għandha x’taqsam it-tqala, verament għandna sistema u kura li hi l-għira ta’ ħaddieħor – ejja nżommuha hekk u ma nħallux xi koppja Amerika tgħajjarna u żeblgħahna. Ser jiftaħ libel il-gvern kontra din il-koppja talli issa ħareġ ċar li marret tigdeb kontra l-istat Malti u jżommha risponsabbli għad-danni li għamlet lill-professjoni medika?
U nittama li xi ħadd jistaqsi lil Stabile – fil-qorti – x’riedet tfisser meta għamlet pressjoni fuq is-sur Vella u qaltlu – “taf x’għandek tagħmel”.
“Tassew, l-ispeċjalisti urew b’liema serjetà u professjonalità jingħata s-servizz tas-saħħa f’pajjiżna.” – pero’ dan mhuwiex il-kaz fejn jidhol il-Covid19.
“probabbilment ma’ pressjoni li setgħu tefgħu fuq il-koppja l-assigurazzjoni tagħha.” – nemmen li kien hemm pressjonijiet ohra.
Xejn ma’ kien ta’ kumbinazzjoni f’dan il-kaz.
”Ma kienux intitolati ghal servizz tas-sahha b’xejn” Il-hlass as-sevizz tas-sahha ghall copja Prudente qatt me kienet problema ghax kellhom travel insurance.
IVA VERU ”Tassew l’ispecjalisti urew b’liema serjeta u profesonalita jinghata s-servizz tas-sahha f’pajjizna” Jekk kien emm kas li hareg dan biccar kien il-covid-19 ghax kienu jinhtigu sagrificji kbar.