Rabja għall-ministru tat-turiżmu li mar jara logħba tal-futbol kontra tim Malti bil-gear oppost.

Il-ministru tat-Turiżmu, Clayton Bartolo mar jara logħba li fiha kien hemm jilgħab it-tim ta’ Birkirkara kontra dak tal-Manchester United. Din kienet logħba futbol bejn timijiet tan-nisa u ntlagħbet ilbieraħ. Ħaġa tal-iskantament, il-Ministru Bartolo, li huwa wieħed mill-benjamini ta’ Robert Abela, mar jara din il-logħba bi tracksuit bl-arma tal-Manchester United. It-tim tan-nisa tal-Manchester United kien qed jilgħab kontra t-tim ta’ Birkirkara. Dan wassal biex Beppe Fenech Adami, li hu minn Birkirkara, bir-raġun juri d-disapprovazzjoni tiegħu, li ministru tal-gvern Malti jippreferi jagħti s-support tiegħu lil tim barrani milli lil tim Malti.

Fuq kollox, din l-azzjoni wasslet għad-disapprovazzjoni kemm minn Nazzjonalisti u anki minn Laburisti.

Imma anki minn Laburisti li wrew ċar li ma qablux ma’ dan il-ġest ta’ Clayton Bartolo.

Fuq kollox, f’din il-logħba, it-tim Malti qala’ tkaxkira minn tim imħallas u sponsorjat mill-gvern Malti. Dawn ġew hawn u waqqawna għan-nejk!

Jidher li ma kienux qed jilgħabu kontra xi tim mid-distrett tal-Ministru għaliex kieku żgur ma kienx imur bil-gear tal-Manchester United kontra tim Malti. Infakkar li Bartolo kien ħareġ fuq dan id-distrett imma ma kienx tela’. Dan hu ministru tal-gvern Malti f’ġieħ kemm hemm u jmur jara logħba kontra tim Malti bil-gear tal-pajjiż oppost. Dan juri li mhux vera l-gvern ta’ Robert Abela jemmen f’Malta u l-poplu Malti.

Naħseb aħjar il-ministru jmur jara toroq għaliex waqt li kienu sejrin bil-plejers, ċediet it-triq! Basta mar jilbes il-flokk ta’ tim barrani. Verament għandna gvern li ma jemminx fil-poplu Malti u jilgħaq tim barrani.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *