Il-mewt ta’ Benedittu XVI tkompli toħroġ id-“double standards” tal-Arċisqof Scicluna
Matul din il-ġimgħa kellna l-funeral ta’ Benedettu XVI. Imma dak li ħareġ kien l-ipokrezija jew id-damage control li l-media tal-Liberali, ibda minn The Times, ippruvat tagħmel wara li kienet waħda mill-media li fl-imgħoddi ntużat biex ikun attakkat Benedettu XVI. B’hekk ippruvat iġġib, dak li qal l-arċisqof Scicluna u anki Alessandra Dee Crespo dwar Benedettu XVI. Dak li ma qalux, li dawn huwa fi ċrieki ta’ nies liberali b’lanżita daqshiex għal dan il-papa li għadu kif miet.
Dan is-sit, ġa tkellem x’kiteb Nicky Azzopardi – wieħed minn tal-klikka ta’ Alessandra Dee Crespo – kontra Benedettu XVI. Dak li dan is-sit jista’ jżid li l-kumment ta’ Nicky Azzopardi kontra Benedettu XVI ġab l-approvazzjoni ta’ ċertu Russell Sammut. Waqt li Russell Sammut għandu kull dritt għall-opinjoni tiegħu, dan Russell Sammut hu parti minn xibka ta’ liberali u anti-klerikali. Sammut kien wieħed minn dawk li qabel mal-kumment ta’ Nicky Azzopardi kontra Benedittu XVI. Dan kien wassal biex ċertu Joseph Mark Buttigieg juri d-disapprovazzjoni tiegħu lejn Azzopardi u lejn dak li kiteb Sammut.

Imma Sammut ma waqafx billi għamel sinjal ta’ ċapċip taħt il-kumment ta’ Nicky Azzopardi kontra Benedittu XVI. Sammut anki għamel kumment kontra l-istess Benedittu XVI biex ikompli jafferma l-pożizzjoni tiegħu kontra dan il-papa. B’hekk, Sammut tella’ post fejn fih attakka l-memorja ta’ Benedittu XVI.

Issa jista’ xi ħadd jispjegali kif dan Sammut spiċċa jmexxi l-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għad-Dar tal-Providenza? Infakkar li l-Arċisqof Scicluna kien għamel plejtu sħiħ kontra Adrian Delia għaliex ġabar nofs miljun Ewro għal din id-dar. Infakkar kemm ta’ Repubblika u sħabhom, il-ġurnalista Liberali, kienu attakkaw lil Adrian Delia minħabba din il-ġabra. Infakkar kif l-arċisqof Scicluna kien daħal f’din il-kwistjoni u kien waqqaf din id-donazzjoni minħabba li r-Repubblichini bdew iwerwru bil-ħasil ta’ flus.

Imma li persuna b’kummenti kontra l-papa Benedittu tmexxi maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal dar tal-knisja hu tajjeb għal dan l-arċisqof tad-djoċesi ta’ Malta. Ara fuq dan il-fatt, Scicluna baqa’ b’ħalqu magħluq. Il-karita’ li ried jagħmel Adrian Delia tagħtu f’għajnu! Imma mbagħad, wieħed li jitkellem u jgħajjar lil Benedittu XVI kien tajjeb biex imexxi maratona tal-knisja. Verament għandna arċisqof li ma għandux żejt f’wiċċu. Ara issa Scicluna ma kellux problema dwar dan ikun preżentatur. Dwar Adrian Delia kellu l-problemi Scicluna. Ara issa Scicluna ma għokritux għajnu li persuna li għajjar lil Benedittu XVI jintalab fl-istess waqt biex jiġbor il-flus għad-Dar tal-Providenza! Bil-ġabra ta’ Delia kien skandalizza ruħu Scicluna! Verament każ ta’ double standards minn dak li hu suppost mexxej tad-Djoċesi Maltija.
