Franco Debono jingħaqad ma’ dawk li kkundannaw l-aġir tal-Ministru tat-Turiżmu
Franco Debono ngħaqad ma’ dawk kollha li qed jikkritikaw lill-Ministru tat-Turiżmu, Clayton Bartolo wara li mar b’ġakketta tat-tracksuit bl-arma tal-Manchester United għal-logħba li l-istess tim tal-Manchester United kien qed jilgħab kontra t-tim Malti ta’ Birkirkara. Bir-raġun, Franco Debono sejjaħ dan kollu bħala mentalita’ kolonjali.

Infakkar li ħafna snin ilu, meta kien indaqq l-innu Ingliż u mhux dak Malti fil-logħba mat-tim tal-Hayduk Split kien qam furur fil-ground tal-futbol tal-Gżira. Dan kien wassal biex Rużar Briffa kiteb dik il-famuża poeżija li nċidentalment kien użaha Franco Debono kontra l-aġir tal-Prim Ministru Gonzi.
Il-poeżija ta’ Rużar Briffa jisimha Jum ir-Rebħ. Illum jaqbel li wieħed ifakkarilu lil Clayton Bartolo:
JUM ir-REBĦ ta’ Rużar Briffa (1906-1963)
U l-Kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!
Miskin min ikasbarni, – miskin min jidħak bija!”
U l-Kotra għanniet f’daqqa – u semmgħet ma’ l-irjieħ
L-Innu ta’ Malta tagħna, – u l-leħen kien rebbieħ.
Fuq ngħas l-imgħoddi ġwejjef, – in-ngħas ta’ l-Apatija,
X’ħin ruħna kienet rieqda – ġo sodda barranija; –
U l-ombra ta’ Vassalli – qamet minn qiegħ il-qabar,
U għajtet: “Issa fl-aħħar – jiena se nsib is-sabar.”
Illum għandna l-istess aġir minn ministru tal-gvern ta’ Robert Abela li għandu ruħu rieqda f’sodda barranija.
Wara il-bagalja l’hamra mux din tal flok kien emm imma il-famusa ta-pepi ghal presedent.