Il-Papa Benedettu u l-kundanna tiegħu għall-abbużi sesswali mill-kleriċi u l-omosesswalità

Minn Romegas

F’post li tella’ fuq Facebook, Nicky Azzopardi ta x’jifhem li l-Papa Benedettu, li miet f’ewl is-sena il-ġdida, kien b’xi mod responsabbli għall-abbużi sesswali li twettqu minn kleriċi u qassisin fi ħdan il-knisja Kattolika jew fid-djoċesi li hu kien imexxi meta kien papa. Li ma jgħidx Nicky Azzopardi u li ma tridx tammetti l-media, għax inkella jkollna nibdlu n-narrattiva dwar il-gayyagni, huwa li ħafna rapporti juru mingħajr dubju li l-maġġoranza assoluta tal-abbużi li saru fi ħdan il-Knisja kienu ġew imwettqa minn qassisin ta’ natura omosesswali.

Dwar dan jeżistu diversi rapporti bħal ma huwa dak magħruf bħala l-John Jay Report li juri li l-maġġoranza tal-vittmi (81%!) tal-abbużi sesswali seħħew minn qassisin (jiġifieri rġiel) fuq subien u adoloxxenti (jiġifieri rġiel) ta’ eta’ post-pubexxenti. Ħafna minn dawn l-abbużi seħħew fuq seminaristi. Jiġifieri l-maġġoranza tal-abbużi saru minn qassisin u kleriċi ta’ orjentazzjoni omosesswali.

Rapport wara l-ieħor juri dan b’mod ċar – imma la l-ġurnalisti tagħna, la nies bħal Azzopardi u lanqas l-Arċisqof tagħna ma jrid jammetti dan l-istat ta’ FATT. Meta kien sar is-summit fil-Vatikan dwar l-abbużi sesswali, u ġurnalist ta’ Lifesitenews talabhom jwieġbu dwar ir-rabta bejn l-omosesswalità u l-abbużi sesswali – Il-Cardinal Cupich, waqt li ammetta li l-maġġoranza assoluta tal-vittmi kienu rġiel u subien ċaħad li hemm rabta mal-omosesswalità, waqt li meta kkonfrontat mill-istess mistoqsija l-arċisqof Malti sempliċiment ħarab mill-mistoqsija. Din hija tattika li Scicluna ormaj sar tant magħruf għaliha. Min jaf għalfejn???

Pero’ Benedettu kien ta’ stoffa oħra. Kien bniedem qaddis u la qatt ma nħeba mill-verità u kiteb kemm-il darba dwar din il-pjaga fil-Knisja Kattolika. Hu qatt ma kellu dubju dwar il-kaġun ewlieni u minkejja li kiteb ħafna fuq din il-kwistjoni, il-media mhux talli baqgħet siekta iżda kompliet umbratu u ppruvat tħammġu għax qal il-verità. Fost il-ħafna kitba tiegħu insibu waħda dwar il-qassisin u l-omosesswalita’, kitba dwar il-knisja u l-iskandli sesswali u ittra li fiha Benedittu XVI jitkellem ċar li l-iskandli sesswali li ġarrbet il-knisja fis-sittinijiet kienu magħmula minn klikek ta’ qassisin omossesswali ġewwa s-seminarji.

Benedettu ma kienx waħdu. Il-papa Franġisku ukoll ma ddejjaqx jgħid li l-Knisja kellha problema ta’ ‘homomafia‘. Il-kardinal Muller kien saħansitra aktar skjett u kien stqarr ukoll b’mod ċar u tond x’inhi l-kawża ewlenija wara l-problema tal-abbużi sesswali fi ħdan il-Knisja. Mingħajr dubju, din kienet waħda marbuta ma’ natura omosesswali fi ħdan l-istess Knisja.

Il-Papa Benedittu kif għidt, apparti li kien ġgant intellettwali, kien fuq kollox bniedem qaddis. Kien bniedem li ma ddejjaq xejn jgħid il-verita’ wara l-kważa tal-abbuż sesswali fi ħdan il-Knisja. Il-problema kienet tant kbira li kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin li minħabba fiha rreżenja u ddedika ruħu għall-ħajja esklussiva ta’ talb għax il-Papa għaraf, quddiem Alla l-imbierek, li t-talb u l-umiltà huma l-akbar virtujiet u f’dinja ta’ taħt fuq, l-unika speranza.

Huwa propju għalhekk li nies bħal Nicky Azzopardi jobgħodu saħansitra l-memorja ta’ dan il-Papa qaddis. Huwa għalhekk li nies bħal Nicky Azzopardi, ikkomparati ma’ dan il-papa, huma sempliċiment storbju, imma huma wkoll persuni, bħal media li mexxiet l-aġenda kontra dan l-istess papa fl-interess tal-gayyagni, iddestinati għall-irrelevanza storika.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *