Għaliex ir-Repubblichini mhux qed jipprotestaw kontra l-oxxenitajiet ta’ Chris Bonett? Għaliex hu l-benjamin ta’ Robert Abela.
Minn osservatur politiku
Ma xtaqtx nibda is-sena l-ġdida bi ħsieb politiku ta’ kritika. Imma mhux faċli li taċċetta li politiku jkompli jsostni fl-iżball u ma jkun tgħallem xejn mill-istess żbalji li jkun wettaq. Diġa’ smajna kif Chris Bonett, fix-xhur tas-sajf, iddeċieda li jagħmel vaganza fi Sqallija u juża karozza li tappartjeni lill-poplu Malti u mhux lilu personalment għal din il-btala. Dan għamel użu minn karozza tal-Gvern Malti biex mar idur biha fi Sqallija u wera kemm jiġi jaqa’ u jqum mill-etika professjonali li suppost iħaddan. Ovjament il-fuel ġie imħallas mill-poplu Malti.
Issa x-Shift News irrappurtatilna li dan l-istess membru tal-kabinett tal-Gvern għamel żball ieħor u wera kemm hu bniedem arroganti u kemm juża l-poter politiku tiegħu biex jintgħoġob ma’ dawk li kienu qed jivvjaġġaw miegħu. Fil-bidu ta’ Diċembru, Chris Bonnett iddeċieda li jmur vaganza Londra ma’ grupp ta’ għaxra min-nies. Huwa qata’ l-biljetti tiegħu fil-katagorija ‘economy’. Sa hawn ma hemm xejn ħażin.
Imma x’għamel? Meta kien ser jitla’ fuq l-ajruplan iddeċida li jrid ipoġġi fuq is-seats ta’ quddiem fl-ajruplan u ġie jitmellaħ minn dawk li kienu diġa’ ħadu posthom f’dawn is-seats. Infakkar li dawn kienu ġa rriservaw il-postijiet tagħhom. Dawn il-passiġġieri ġew infurmati fl-aħħar mumenti li posthom ġie ikkanċellat u ġew mogħtija post ħafna iżjed lura fuq l-istess ajruplan.
Dik tagħmel meta tkun arroganti, meta tqis fattik u tiġi taqa’ u tqum minn l-effetti li ser ikun hemm fuq ħaddieħor u anki, kif qalu tajjeb ħafna persuni li kkummentaw dwar din l-istorja fuq il-Facebook, azzjoni bħal din tagħmel ħsara lill-immaġni tal-gvern. Imma kif politiku għandu jagħmel skandlu bħal dan biex juri li għandu saħħa politika fil-pajjiż tagħna? Imma għalfejn kellu jagħmel din l-azzjoni a skapitu ta’ passiġġieri oħra li soffrew konsegwenzi minħabba l-attitudni tiegħu?
U fuq kollox min ta l-ordni lill-ekwipaġġ fuq l-ajruplan li stqarrew mal-passiġġieri li kellhom ordni biex jiżvujtaw postijiet għax kien tiela’ xi grupp ta’ nies importanti? Imma l-Air Malta mhix kumpanija tal-gvern imma privata. Mela kif tagħmel dawn l-affarijiet. Meta kif jiġi segretarju parlamentari u jagħti ordni bħal din. Kienet faċli għal Chris Bonett li kieku ried joqgħod quddiem u ma jiskomoda lil ħadd. Missu, kif ġa qalulu, ibbukkja biljetti ‘club class’ u kien ikun jista’ jpoġġi quddiem kemm irid.
Imma din id-darba, kif komplew jgħidulu, mid-dehra kien qed iħallas minn butu. Peress li ddeċieda li xorta ried jirkeb quddiem, għamel din l-oxxenita’ ta’ arroganza politika. Dan huwa żball ieħor li wettaq dan il-politiku ġdid li għadu jibda’ l-ħajja politika f’dawn l-aħħar xhur. Jekk qed ikun arroganti fil-bidu tiegħu, allura x’ser nistennew meta jilħaq jagħmel l-għeruq fil-pożizzjoni tiegħu, jew qed jaħseb li għax hu segretarju parlamentari fil-Gvern jista’ jagħmel li jrid? Ara x’għamel la jsir ministru!!
Wieħed jistaqsi fejn huma ta’ r-Repubblichini f’dan kollu? Għaliex ma marrux jikkampjaw quddiem il-ministeru tiegħu? Dan mhux l-ewwel każ ta’ abbuż ta’ poter minn Chris Bonett. Jaqaw dan il-politiku hu wieħed mill-protetti ta’ Robert Abela u għalhekk ir-Repubblichini b’ħalqhom magħluq?
It-tweġiba tinsab fil-fatt li Chris Bonett huwa l-benjamin ta’ Robert Abela, tant li meta jitkellem Chris Bonett fil-cabinet meetings, il-prim ministru jippretendi u jesigi li kulħadd jieqaf ħa jisimgħu. Fuq kollox hu sigriet magħruf li fir-reshuffle li jmiss, Chris Bonett ġa earmarked għall-ministru. Din hija l-vera raġuni għala r-Repubblichini mhux qed jattakkaw jew jipprotestaw kontra l-oxxenitajiet ta’ Chris Bonett. Ma tarax li r-Repubblichini ta’ Richard Cachia Caruana ser itellfu iċ-ċans lil Chris Bonett milli jsir ministru!!!

Dan it tali ghandu jiftakar li il voti Tal poplu jitla’ u mhux Bil grazzja Tal Prim Ministru.
Kieku kont hemm jien bil qedgha ghandu xi cans kont inqum mill post li ibbukjat.