Metsola qed tkun akkużata b’nepotiżmu f’dawk li qed tapponta bħala chief of staff tagħha

Roberta Metsola qed tkun akkużata b’nepotiżmu għaliex ser tapponta qarib tagħha biex jaħdem fis-segretarjat tagħha ġewwa l-Ewropa. Metsola qed tkun akkużata li ser timpjega lill-“cognato” tagħha, ċertu Matthew Tabone, bħala “chief of staff”. Dan il-fatt qed iġib tħassib kbir fl-Ewropa. Il-ġurnal Taljan il Foglio tkellem dwar din l-istorja u tkellem ċar li wara l-Qatargate, din l-istorja ta’ “nepotiżmu” kien jonqosha l-Ewropa! Matthew Tabone huwa r-raġel ta’ oħtha.

Il Foglio fakkar li Metsola wegħdet riformi wara l-iskandlu ta’ Qatargate u issa l-istess ġurnal qed jistaqsi kif Metsola tista’ tagħmel dawn ir-riformi meta hija qed timpjiega qarib fil-kabinett tagħha. Bir-raġun, hawn Malta nikkritikaw lill-Gvern tal-Lejber talli jimpjega kif jimpjiega ċertu nies, imma jidher skont il Foglio, li Metsola mhix aħjar minn Robert Abela!!!!

B’mod sarkastiku, Il Foglio qalet li biex tnaddaf l-immaġni tal-Ewropa, Metsola ser tkun qed timpjega lill-qarib tagħha! Kif jgħid tajjeb il-ġurnalista li kiteb dan l-artiklu, David Carretta, din id-deċiżjoni ta’ Metsola ser tkun qed tagħti daqqa oħra lill-Ewropa.

Hawn wieħed għandu jistaqsi lil Richard Cachia Caruana x’jaħseb dwar din l-għażla. Richard Cachia Caruana huwa l-mentor ta’ Roberta Metsola. Meta kien chief of Staff ta’ Eddie Fenech Adami kien jinsisti mal-ministri u s-segretarji parlamentari biex ma jħaddmux qraba tagħhom fis-segretarjat tagħhom. Wieħed jistaqsi lil Richard Cachia Caruana x’jaħseb dwar din l-akkuża min-naħa ta’ Il Foglio fil-konfront ta’ Roberta Metsola.

Wieħed irid jgħid li Metsola kienet waħda minn dawk li ħadmet kontra l-image ta’ Malta, jew aħjar biex tpinġi lil Malta bħala pajjiż korrott. B’Joseph Muscat ħadna daqqa ta’ ħarta minħabba l-immaġni li ġiet mibnija. Imma issa min xarbu kielu l-bakkalljaw għaliex din l-immaġni qed tkompli tiġi rafforzata hemm barra li aħna pajjiż fejn in-nepotiżmu jirrenja fuq il-meritokrazija.

Dan hu l-artiklu fil- Il Foglio

Per ripulire l’immagine dell’Ue dopo il Qatar gate, Metsola sceglie suo cognato come capogabinetto

DAVID CARRETTA  30 DIC 2022

Dopo lo scandalo che ha travolto le istituzioni comunitarie, la presidente ha promesso “riforme a tutto campo” in modo da rendere il Parlamento europeo a prova di corruzione, conflitti di interesse e clientelismi. Ma la sua prima decisione del 2023 rischia di infliggere un altro colpo alla credibilità di Bruxelles e Strasburgo.

Bruxelles. Per rispondere al Qatar gate Roberta Metsola ha promesso “riforme a tutto campo” in modo da rendere il Parlamento europeo a prova di corruzione, conflitti di interesse e clientelismi. Ma la sua prima decisione del 2023 rischia di infliggere un altro colpo alla credibilità etica del Parlamento europeo: Metsola ha scelto suo cognato, il maltese Matthew Tabone, come nuovo capogabinetto, una funzione chiave con stipendio base tra i 15 e i 20 mila euro al mese, che tradizionalmente apre le porte a carriere lampo nell’apparato burocratico dell’Ue. Tabone prenderà il posto dell’italiano Alessandro Chiocchetti, che a settembre è stato nominato come nuovo segretario generale del Pe dopo una procedura che aveva già suscitato vive polemiche tra alcuni deputati.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *