Il-Kunsill tal-Ewropa qed jimbotta l-aġenda tal-abort f’Malta: Ir-Repubblichini għadhom b’ħalqhom magħluq.

Il-Latini kienu jgħidu li dak li l-allat iridu jeqirdu, l-ewwel iġennu. U hekk ġralhom tal-Kunsill ta’ Ewropa. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, The Times qaltilna li l-Kunsill tal-Ewropa qed jagħmel pressjoni fuq Malta biex iddaħħal l-abort. Dan hu l-istess Kunsill li kien biċċa waħda mal-familja Caruana Galizia biex ikissru lill-pajjiżna. Qed ngħid dan biex wieħed jibda jifhem l-aġenda li hemm wara dawn tal-abort u jifhem għala r-Repubblichini, Occupy Justice u Manuel Delia b’ħalqhom magħluq.

Imma kif kienu jgħidu l-Latini, li lil dawk li jridu jeqirdu, l-allat l-ewwel iġennuhom. Bil-latin, il-frażi hija Quos Deus vult perdere, prius dementat. Għaliex qed ngħid dan?

Issa l-Kummissarja tal-Kunsill tal-Ewropa kixfet u kkonfermat dak li qed jgħid dan is-sit li din il-miżura hija maħsuba bħala l-ewwel pass biex jidħol l-abort f’pajjiżna. Mela kull tibdil jew emenda ser ikun ifisser li din trid issir biex jiddaħħal l-abort f’Malta.

Issa dawk in-Nazzjonalisti li emmnu fil-Kunsill tal-Ewropa għaliex mingħalihom dan kien qed jagħmel xi gwerra qaddisa kontra Malta biex jiddefendi l-interessi tal-familja Caruana Galizia, jafu issa fejn verament qiegħed dan l-istess Kunsill.

Imbagħad, ħafna Laburisti li jaqraw dan il-blogg jieħdu għalihom għaliex jien nikteb li Robert Abela huwa biċċa waħda ma’ tar-Repubblichini. Infakkar li r-Repubblichini huwa favur l-abort. Issa wieħed jifhem għala r-Repubblichini ma humiex jattakkaw lil Abela u jikxfu l-vera raġuni għala Abela jrid idaħħal din l-emenda fil-liġijiet tagħna.

4 thoughts on “Il-Kunsill tal-Ewropa qed jimbotta l-aġenda tal-abort f’Malta: Ir-Repubblichini għadhom b’ħalqhom magħluq.

    1. ”tinkwitawx” Pippa mux kas li ninkwitaw, imma hadd ma jista jaqbad art xinuma ipejpu Franko Debono u Sur Mercieca, lewel wihied iriejd lil PEPPI president u tieni wihied cert li Robert Abela bicca wahda ma tar-repubblika.

      1. mur orqod Sur Stivala – u fuq kollox indem – iva bicca wahda – u iva biex jdahhlu l-abort – u iva bit-tqanzih tieghek int favur ukoll.

  1. Irqad normaly Ganni, u xorta ghadni ma nistax naqbad xinuma ipejpu Franko u Sur Mercieca. inti milijider taf ben tajjeb. nejr ghalik lucky boy.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *