Dak li nemmen fih; “meta pajjiż iwarrab il-valuri nsara jintrebaħ mir-regħba tal-flus, is-sess u l-korruzzjoni”
Minn Edwin Vassallo
Tista’ ma taqbilx miegħi, iżda jien nemmen li jekk il-bniedem iwarrab il-valuri nsara, li fuq kollox huma l-valuri umani, kaos jkollna fil-ħajja bħal ma diġa’ qiegħed jkollna. Il-valuri nsara huma valuri universali. Anke jekk ma tkunx ta’ fidi nisranija, xorta waħda ħadd ma jista’ jmeri li l-valuri universali ġew mibnija fuq il-valuri insara. Infakkar li l-valuri universali ħarġu mill-kontinent Ewropew li huwa kontinent mibni fuq il-valuri nsara. U x’inhuma il-valuri insara? Il-valuri nsara huma l-ġustizzja, is-solidarjeta’, l-ugwaljanza, il-fraternita’, l-imħabba, ir-rispett lejn id-dinijita’ umana, lejn il-ħajja u l-familja.
Għal min hu nisrani hemm sfida partikolari u addizzjonali. Fil-ħajja jrid jagħmel ħiltu kollha biex jgħix dak li jemmen. Għal min hu nisrani, l-ewwel irid jifhem li l-fidi tiegħu tiġi l-ewwel u qabel kollox. Din trid tiġi qabel il-politika u qabel li hu Malti. Dawn iridu jiġu wara. Mela in-nisrani ta’ veru jrid iġib ruħu ta’ nisrani l-ewwel, wara ta’ Malti u wara ta’ Laburist jew Nazzjonalist.
Illum għadna min qed jiddependi fuq il-flus li qed jaħleb minn fuq il-gvern. Illum għadna min sar ossessjonat mill-partiġġjaniżmu. Għalih, x’jgħid il-partit poltiku tiegħu sar att ta’ fidi. Għaliex mingħajr dan l-att ta’ fidi, ma jkunx jibqa’ jgawdi mill-flus li qed jieħu minn fuq din is-sistema. B’hekk x’jgħid il-politiku favorit tiegħu qed jiġi l-ewwel u qabel kollox. Qed jiġi qabel il-fidi tiegħu.
Jien naf min jien, għaliex jien nisrani. Jien naf x’irid mill-ħajja u mill-poltika. Jien dħalt fil-politika 28 sena ilu. Dħalt fil-poltika mhux biex nilħaq u lanqas għall-flus iżda biex nixhed għal dak li nemmen fih. Il-fidi tiegħi dejjem għenitni nemmen u nifhem li meta il-bniedem iwarrab il-valuri nsara, jibda joħloq il-kaos.
Dik hija l-verita’ assoluta. Ħarsu lejn pajjiżna u araw fejn inżilna. Dak li jien kont nemmen fih bħala deputat ma nistax nieqaf nemmen fih illum li ma għadnix deputat. Ma nistax nieqaf nixhed għalih issa li ma għadniex deputat. Jien għalhekk kont wgħedt, meta ma kontx għadni aktar deputat, li xorta waħda kont ser nibqa’ politiku għaliex ma nistax nieqaf nemmen u nixhed għal dak li nemmen fih. Jien nemmen f‘Alla u nemmen li l-bniedem hu xbieha t’Alla. Għalhekk kont għażilt li nimmilita’ f’Partit Demokristjan. Qiegħed ngħid dan kollu biex tifhmu l-oriġini tal-ħsieb tiegħi.
Jien ma għandix żmien x’naħli f’ħajti u wisq aktar ma għandi l-ebda skop f’ħajti li nkun populist jew xi pinnur li jdur lejn fejn jonfoħ ir-riħ. Jien nemmen li nistgħu nagħmlu politika aħjar. Jien nemmen li nistgħu noffru aktar sens lill-ħajja tagħna. Għalhekk mhux ser naħli l-ħin ta’ ħajti nipprova nintgħoġob. Din qatt ma kienet il-politika tiegħi.
L-ewwel prijorita’ tiegħi hija dik li nfittex il-verita’ u nagħti xiehda tal-verita’. Għalija l-verita’ hija li l-bniedem qatt ma għandu jkun oġġett li jinxtara jew jintbiegħ jew jintrema mis-suq. It-tieni priorita’ tiegħi hija li b’responsabilita’ nitkellem kontra kull ma jista’ jagħmel il-bniedem oġġett, skart f’idejn il-politiku u s-suq. Għalhekk jien neħodha kontra l-ideoloġija liberali. Din hija ideoloġija li biddlet lill-bniedem f’oġġett, ġabitu pupazz f’idejn l-alla tal-flus. Permezz tal-politika liberali, il-ħajja tal-bniedem, il-familja u l-liberta’ jitilfu d-dinjita’ tagħhom. Mela lil min hu Nazzjonalista qabel kollox ngħidlu li ta xejn temmen li “sewwa jirbaħ żgur” jekk int ma tagħmilx is-sewwa. Biex is-sewwa jirbaħ żgur, irid jkollna politika li tirrispetta s-sewwa u mhux il-popiliżmu. Din hija l-akbar sfida għar-relevanza tal-PN.
Lil min hu Laburista, qabel kollox, ngħidlu li jekk il-partit tiegħu ser jibqa’ jkun l-agent tal-ideoloġija liberali, li mhix l-ideoloġija Soċjalista, din l-ideoloġija ser jġib fix-xejn il-Partit Laburista.
Għal min jgħid li huwa Nisrani, l-akbar sfida li għandu f’ħajtu hija dik li ma jirriduċix il-fidi tiegħu għal kultura. Għaliex dak huwa il-mod ta’ kif in-nisrani stess jkun qed joqtol lil Alla mill-ħajja tiegħu.
Għalina, il-Maltin u Għawdxin, l-akbar sfida li għadna hija dik li naraw li nħallu lill-politika bħala politika u ma nagħmluhiex r-reliġjon tagħna.
Lil dawk li ma jaqblux miegħi, ngħidilhom li jien nirrispetta l-opinjoni tagħhom. Fuq kollox, miegħi tafu fejn qegħdin.
Lil min jaqbel miegħi, nitolbu jgħini nwassal dan il-messaġġ sempliċi, iżda kollu verita’. Meta pajjiż iwarrab il-valuri nsara jintrebaħ mir-rebgħa tal-flus, is-sess u l-korruzzjoni. Jispiċċa pajjiż li ma jibqax jgħix fil-biża’ ta’ Alla. F’din ir-realta’, il-korruzzjoni u s-serq m’humiex biss inevitabbli imma jsiru dritt divin. F’din ir-realta’, jekk persuna ma tisraqx tkun meqjusa baħnan.
Dan huwa dak li nemmen fih. U la ħa nieqaf u lanqas ħa nibża’ nkun leħen kritiku biex b’responsabbilita’ nkompli nkun xiehda tal-verita’. Din hija l-politika tiegħi. Dan hu jien.
Edwin missek sirt qassis int!
Mela jekk toqtol bniedem li hareg min guf ommu tehel il- Habs u jekk toqtol Bniedem f’ Guf ommu tehles free.
Prosit Edwin Vassallo. Il verita hadd ma jista immerija. Il problema li ghadna Malta (u mhux Ghawdex) fil fidi Nisranija,gejja mil gherq. Gejja mil Kurja, Iva, mi Archisqof li ghadna. Xerred idejja falza dwar il fidi. u id-dutrina tal fidi. Nezza lid dnub mil gravita tieghu. Inxterdet idea li Gesu hu hanin u jahfer kollox, u bhal li kieku id dnub ma ghadux dnub u ruhna ma tbatiex mil konsegwenzi ta dnubitna, ghax Alla jahfer kollhox. Inxterdet idea bhal li trisa tidneb kemm trid minghajr indiema u wara kemm sempliciment titlob mahfra u jinhafer kollhox, qisu xejn mu xejn. Ghadna Archisfoq li minflok johrog ghonqu ghal Knisja, jippreferi jippersegwita qassisin li jippritkaw il verita tad dudrina tal fidi. Ghax hekk, Archisqof jintghogob aktar u issir aktar popolari!